+REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/171 tad-19 ta' Ottubru 2017 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment għal obbligi ta' kreditu skaduti (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
---+Preamble: 1
---+Artikolu 1 Kundizzjonijiet għall-istabbiliment ta' livell għal materjalità għal skoperturi fil-livell tal-konsumatur
------+Artikolu 1 1
------+Artikolu 1 2
------+Artikolu 1 3
------+Artikolu 1 4
------+Artikolu 1 5
---+Artikolu 2 Limitu minimu ta' materjalità ta' skoperturi li mhumiex fil-livell tal-konsumatur
------+Artikolu 2 1
------+Artikolu 2 2
------+Artikolu 2 3
------+Artikolu 2 4
---+Artikolu 3 Livell tar-riskju
---+Artikolu 4 In-notifika ta' limiti ta' materjalità
---+Artikolu 5 Aġġornament tal-limiti minimi ta' materjalità
---+Artikolu 6 Id-data tal-applikazzjoni tal-limiti minimi ta' materjalità
---+Artikolu 7 Id-dħul fis-seħħ
|
English -
European Union -
Financial Industry -
Banking -
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/171 tad-19 ta' Ottubru 2017 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment għal obbligi ta' kreditu skaduti (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/171
tad-19 ta' Ottubru 2017
li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment għal obbligi ta' kreditu skaduti
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Preamble: 1
|
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (1), u b'mod partikolari t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 178(6) tiegħu,
Billi:
|
(1)
|
Peress li l-kundizzjonijiet tas-suq u dawk ekonomiċi li jinsabu fl-istess ġurisdizzjoni huma simili, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiffissaw limitu uniku għall-valutazzjoni tal-materjalità ta' obbligu ta' kreditu kif imsemmi fl-Artikolu 178(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 għall-istituzzjonijiet kollha fil-ġurisdizzjonijiet rispettivi tagħhom. Tali livell ta' materjalità, li għandu jibqa' konsistenti tul iż-żmien, iġib benefiċċji miżjuda ta' komparabbiltà miżjuda tar-rekwiżiti ta' kapital fost istituzzjonijiet li jinsabu fl-istess ġurisdizzjoni.
|
|
(2)
|
Minn naħa waħda, l-ammont li jista' jiġi kunsidrat bħala materjali jiddependi fuq il-livell ta' obbligu ta' kreditu ġenerali. Min-naħa l-oħra, l-istituzzjonijiet għandhom it-tendenza li jikkunsidraw l-ammonti kollha taħt ċertu livell bħala immaterjali, irrispettivament mir-rabta mal-obbligu ġenerali tal-kreditu. Għalhekk, il-limitu minimu tal-materjalità għandu jikkonsisti minn żewġ komponenti; komponent assolut (ammont assolut) u komponent relattiv (il-perċentwal kumplessiv tal-obbligu tal-kreditu li l-ammont skadut jirrappreżenta). L-obbligu ta' kreditu dovut fil-passat għandu, bħala konsegwenza, ikun ikkunsidrat bħala materjali kemm meta l-limitu espress bħala ammont assolut u l-limitu espress bħala perċentwal jinqabżu.
|
|
(3)
|
Bejn diversi obbligaturi, hemm differenzi sinifikanti fl-introjtu medju u l-ammonti medji ta' obbligi ta' kreditu. Għalhekk, il-limiti ta' materjalità għandhom jiġu differenzjati kif xieraq, b'komponenti assoluti separati tal-limiti minimi għal skoperturi fil-livell tal-konsumatur u għal skoperturi oħra.
|
|
(4)
|
Il-limitu minimu ta' materjalità għandu jiġi adattat għall-karatteristiċi speċifiċi lokali ta' kull ġurisdizzjoni. Id-differenzi fil-kundizzjonijiet ekonomiċi, fosthom il-livelli differenti tal-prezzijiet f'ġurisdizzjonijiet, jiġġustifikaw li l-komponent assolut tal-limitu minimu ta' materjalità jista' jvarja minn ġurisdizzjoni għal ġurisdizzjoni. Tali divrenzjar, madankollu, rarament ikun iġġustifikat fir-rigward tal-komponent relattiv. B'riżultat ta' dan, il-komponent relattiv jenħtieġ li fil-prinċipju jkun l-istess fil-ġurisdizzjonijiet kollha, waqt li jenħtieġ li tkun permessa xi flessibbiltà għall-komponent assolut. Dan se jippermetti lill-awtoritajiet kompetenti biex jistabbilixxu l-limitu ta' materjalità għal livell xieraq, sal-ammont massimu speċifikat, filwaqt li jitqiesu l-kundizzjonijiet speċifiċi fil-ġurisdizzjonijiet rispettivi tagħhom.
|
|
(5)
|
Minkejja li l-kundizzjonijiet għall-istabbiliment ta' limitu ta' materjalità madwar il-ġurisdizzjonijiet differenti fl-Unjoni jenħtieġ li jkunu armonizzati, xi differenzi fil-limiti minimi applikabbli fil-ġurisdizzjonijiet differenti jenħtieġ li jitħallew, u dan jirrifletti livelli differenti ta' riskju li huma meqjusa bħala raġonevoli mill-awtoritajiet kompetenti rilevanti skont l-ispeċifiċitajiet tas-suq nazzjonali. Il-livell adatt ta' materjalità għalhekk, jista' jkollu jiġi diskuss fil-qafas tal-kulleġġi differenti tas-superviżuri.
|
|
(6)
|
Il-limitu minimu ta' materjalità jista' jkollu impatt sinifikanti fuq il-kalkolu tar-rekwiżiti kapitali u t-telf mistenni għall-istituzzjonijiet kollha fil-ġurisdizzjoni rilevanti, indipendentement mill-metodu wżat għal dan il-kalkolu. Għal dawn ir-raġunijiet, meta jkun qed jiġi definit il-limitu tal-materjalità, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw għadd ta' fatturi, inkluż il-karatteristiċi speċifiċi tar-riskju ta' skoperturi fil-livell tal-konsumatur. Il-karatteristiċi speċifiċi tar-riskju għal skoperturi fil-livell tal-konsumatur u skoperturi li mhumiex fil-livell tal-konsumatur jenħtieġ li jiġu kkunsidrati separatament.
|
|
(7)
|
Il-limitu minimu ta' materjalità stabbilit minn awtorità kompetenti ta' ġurisdizzjoni partikolari seta' kien applikat wkoll mill-istituzzjonijiet li joperaw fuq bażi transfruntiera. Il-limitu minimu stabbilit mill-awtorità kompetenti ta' ġurisdizzjoni oħra jista' għalhekk ikun fattur importanti meta awtorità kompetenti tivvaluta jekk il-livell ta' riskju rifless minn ċertu limitu huwa raġonevoli. Għalhekk, limiti ta' materjalità definiti mill-awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li jkunu trasparenti u għandhom jiġu nnotifikati lill-Awtorità Bankarja Ewropea (ABE) sabiex ikunu jistgħu jsiru pubbliċi.
|
|
(8)
|
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jistabbilixxu l-limitu ta' materjalità għal livell li jikkorrispondi mal-livell ta' riskju li huma jqisu raġonevoli. Hekk kif dak il-livell tar-riskju jiddependi fuq il-mod kif jiġi applikat il-limitu minimu ta' materjalità li jikkonċerna l-proċess ta' identifikazzjoni, huwa meħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti, meta jistabbilixxu l-limitu massimu biex isiru ċerti suppożizzjonijiet dwar kif l-ammonti u l-proporzjonijiet li se jitqabblu ma' komponent assoluti u relattivi ta' materjalità se jiġu kkalkulati u liema stadju tal-proċess ta' identifikazzjoni awtomatika ta' materjalità japplika. F'dak il-kuntest, il-limitu għandu jiġi stabbilit b'tali mod li l-istituzzjonijiet ikunu jistgħu jidentifikaw obbligaturi li joħolqu riskji għoljin sinifikanti minħabba pagamenti tardivi sistematiċi parzjali jew irregolari, u li jiġi identifikat obbligu ta' kreditu materjali b'mod f'waqtu.
|
|
(9)
|
Il-materjalità tal-maturità tal-obbligi ta' kreditu tagħmel parti mid-definizzjoni ta' inadempjenza skont l-Artikolu 178(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. Għal istituzzjonijiet li jużaw l-Approċċ Ibbażat fuq Klassifikazzjonijiet Interni (l-“Approċċ IRB”), kwalunkwe bidla f'din id-definizzjoni twassal għal bidliet materjali f'sistemi ta' klassifikazzjoni li jintużaw għall-kalkolu tar-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju ta' kreditu. Għalhekk, awtorità kompetenti m'għandhiex tbiddel il-limitu ta' materjalità sakemm huwa inadegwat minħabba tibdil fil-kundizzjonijiet tas-suq jew ekonomiċi li twassal għal distorsjonijiet sinifikanti fil-proċessi ta' identifikazzjoni f'każ ta' inadempjenza
|
|
(10)
|
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jitħallew jiddifferixxu l-applikazzjoni ta' limiti ta' materjalità għal istituzzjonijiet li huma mitluba jwettqu bidliet materjali tal-mudelli IRB tagħhom u għal istituzzjonijiet li l-implimentazzjoni ta' dawn il-limiti huwa ta' piż għax l-approċċ preċedenti tagħhom għad-determinazzjoni tal-materjalità ta' skoperturi skaduti huwa differenti b'mod sinifikanti minn dawk il-limiti. Barra minn hekk, għal istituzzjonijiet li jużaw l-Approċċ IRB iżda li japplikaw l-Approċċ Standardizzat għal parti tal-iskoperturi tagħhom fuq il-bażi tal-Artikolu 148 jew 150 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, id-data tal-applikazzjoni l-ġdida ta' limiti ta' materjalità għandhom jiġu allinjati għall-iskoperturi kollha ta' dawk l-istituzzjonijiet. Madankollu, sabiex jiġi evitat kull dewmien eċċessiv fl-applikazzjoni tal-limiti madwar l-Unjoni, tali perjodi itwal għandu jkun limitat.
|
|
(11)
|
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jingħataw żmien biżżejjed biex iwettqu l-analiżi komprensiva meħtieġa għall-istabbiliment tal-limitu tal-materjalità f'livell raġonevoli.
|
|
(12)
|
Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji sottomessi mill-ABE lill-Kummissjoni.
|
|
(13)
|
L-ABE wettqet konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji li fuqu huwa bbażat dan ir-Regolament, analizzat il-kostijiet u l-benefiċċji potenzjali relatati u talbet l-opinjoni tal-Grupp tal-Partijiet Bankarji Interessati stabbilit f'konformità mal-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2),
|
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-19 ta' Ottubru 2017.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
|
|
Artikolu 1 Kundizzjonijiet għall-istabbiliment ta' livell għal materjalità għal skoperturi fil-livell tal-konsumatur
|
|
|
Artikolu 2 Limitu minimu ta' materjalità ta' skoperturi li mhumiex fil-livell tal-konsumatur
|
|
|
Artikolu 3 Livell tar-riskju
|
Artikolu 3
Awtorità kompetenti għandha tikkunsidra li limitu minimu ta' materjalità jirrifletti livell raġonevoli ta' riskju, skont ir-rekwiżiti tal-Artikolu 178(2)(d) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, meta dan il-limitu minimu la jwassal għar-rikonoxximent ta' numru eċċessiv ta' inadempjenzi li huma dovuti la għal ċirkostanzi oħra għajr diffikultajiet finanzjarji ta' obbligant u lanqas għal dewmien sinifikanti fir-rikonoxximent ta' inadempjenzi li huma minħabba diffikultajiet finanzjarji ta' obbligant.
|
|
Artikolu 4 In-notifika ta' limiti ta' materjalità
|
Artikolu 4
In-notifika ta' limiti ta' materjalità
Awtorità kompetenti għandha tinnotifika lill-ABE dwar il-limiti minimi ta' materjalità stabbiliti fil-ġurisdizzjoni tagħha. L-awtorità komponenti li tistabbilixxi l-komponent relattiv tal-limitu minimu tal-materjalità għal livell ogħla jew perċentwal inqas minn 1 % għandu jissostanzja dik l-għażla lill-ABE.
|
|
Artikolu 5 Aġġornament tal-limiti minimi ta' materjalità
|
Artikolu 5
Aġġornament tal-limiti minimi ta' materjalità
Fejn il-komponent assolut tal-limitu minimu tal-materjalità hu stabbilit f'munita differenti mill-euro u fejn, minħabba l-volatilità tar-rati tal-kambju, l-ekwivalenti ta' dak il-komponent ikun ogħla minn EUR 100 għal skoperturi fil-livell tal-konsumatur jew EUR 500 għal skoperturi għajr skoperturi fil-livell tal-konsumatur, dan il-limitu minimu għandu jibqa' l-istess, sakemm l-awtorità kompetenti ma tissostanzjax lill-ABE li l-limitu minimu tal-materjalità ma għadux jirrifletti livell ta' riskju li l-awtorità kompetenti tikkunsidra bħala raġonevoli.
|
|
Artikolu 6 Id-data tal-applikazzjoni tal-limiti minimi ta' materjalità
|
Artikolu 6
Id-data tal-applikazzjoni tal-limiti minimi ta' materjalità
Awtorità kompetenti għandha tistabbilixxi data ta' applikazzjoni tal-limitu minimu ta' materjalità li tista' tvarja għal kategoriji differenti ta' istituzzjonijiet iżda li m'għandhiex tkun iktar tard mill-31 ta' Diċembru 2020 għal istituzzjonijiet li jużaw l-Approċċ Standardizzat stipulat fil-Parti Tlieta, it-Titolu II, il-Kapitolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.
|
|
Artikolu 7 Id-dħul fis-seħħ
|
Artikolu 7
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mis-7 ta’ Mejju 2018.
(1)
ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1.
(2) Ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12).
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 06.02.2018 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018R0171
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|