+Artikolu 5 Ammissjoni għan-negozjar tal-kriptoassi għajr tokens irreferenzjati ma’ assi jew tokens tal-flus elettroniċi
---+Artikolu 5 1.
---+Artikolu 5 2.
---+Artikolu 5 3.
---+Artikolu 5 4.

Artikolu 5 Ammissjoni għan-negozjar tal-kriptoassi għajr tokens irreferenzjati ma’ assi jew tokens tal-flus elettroniċi

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 5 1.

Persuna ma għandhiex tfittex l-ammissjoni għan-negozjar ta’ kriptoassi għajr token irreferenzjat ma’ assi jew token tal-flus elettroniċi fi ħdan l-Unjoni sakemm dik il-persuna ma tkunx:

(a) 

persuna ġuridika;

(b) 

abbozzat white paper dwar il-kriptoassi fir-rigward ta’ dawk il-kriptoassi f’konformità mal-Artikolu 6;

(c) 

innotifikat il-white paper dwar il-kriptoassi f’konformità mal-Artikolu 8;

(d) 

ippubblikat il-white paper dwar il-kriptoassi f’konformità mal-Artikolu 9;

(e) 

abbozzat il-komunikazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni, jekk ikun hemm, dwar dawk il-kriptoassi f’konformità mal-Artikolu 7;

(f) 

ippubblikat il-komunikazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni, jekk ikun hemm, dwar dawk il-kriptoassi f’konformità mal-Artikolu 9;

(g) 

ikkonformat mar-rekwiżiti għal persuni li jkunu qed ifittxu l-ammissjoni għan-negozjar previsti fl-Artikolu 14.

Artikolu 5 2.
Meta l-kriptoassi jiġu ammessi għan-negozjar fuq l-inizjattiva tal-operatur ta’ pjattaforma ta’ negozjar u ma tkunx ġiet ippubblikata white paper dwar il-kriptoassi skont l-Artikolu 9 fil-każijiet previsti minn dan ir-Regolament, l-operatur ta’ dik il-pjattaforma ta’ negozjar għall-kriptoassi għandu jikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.
Artikolu 5 3.
B’deroga mill-paragrafu 1, persuna li tkun qed tfittex l-ammissjoni għan-negozjar ta’ kriptoassi għajr token irreferenzjat ma’ assi jew token tal-flus elettroniċi u l-operatur rispettiv tal-pjattaforma ta’ negozjar jistgħu jaqblu bil-miktub li għandu jkun l-operatur tal-pjattaforma ta’ negozjar li jkollu l-obbligu li jikkonforma mar-rekwiżiti kollha msemmija fil-paragrafu 1, il-punti (b) sa (g), jew ma’ parti minnhom.

Il-ftehim bil-miktub imsemmi fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għandu jiddikjara b’mod ċar li l-persuna li tkun qed tfittex l-ammissjoni għan-negozjar għandha l-obbligu li tipprovdi lill-operatur tal-pjattaforma ta’ negozjar bl-informazzjoni kollha meħtieġa biex dak l-operatur ikun jista’ jissodisfa r-rekwiżiti msemmija fil-paragrafu 1, il-punti (b) sa (g), kif applikabbli.

Artikolu 5 4.

Il-paragrafu 1, il-punti (b), (c) u (d), ma għandhomx japplikaw meta:

(a) 

il-kriptoassi jkunu diġà ammessi għan-negozjar fuq pjattaforma ta’ negozjar oħra għall-kriptoassi fl-Unjoni; u

(b) 

l-white paper dwar il-kriptoassi tkun imfassla f’konformità mal-Artikolu 6, aġġornata f’konformità mal-Artikolu 12, u l-persuna responsabbli għat-tfassil ta’ tali white paper tagħti l-kunsens tagħha għall-użu tagħha bil-miktub.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R1114
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.