|
+Artikolu 5 1. |
Artikolu 5 1.Persuna ma għandhiex tfittex l-ammissjoni għan-negozjar ta’ kriptoassi għajr token irreferenzjat ma’ assi jew token tal-flus elettroniċi fi ħdan l-Unjoni sakemm dik il-persuna ma tkunx:
(a)
persuna ġuridika;
(b)
abbozzat white paper dwar il-kriptoassi fir-rigward ta’ dawk il-kriptoassi f’konformità mal-Artikolu 6;
(c)
innotifikat il-white paper dwar il-kriptoassi f’konformità mal-Artikolu 8;
(d)
ippubblikat il-white paper dwar il-kriptoassi f’konformità mal-Artikolu 9;
(e)
abbozzat il-komunikazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni, jekk ikun hemm, dwar dawk il-kriptoassi f’konformità mal-Artikolu 7;
(f)
ippubblikat il-komunikazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni, jekk ikun hemm, dwar dawk il-kriptoassi f’konformità mal-Artikolu 9;
(g)
ikkonformat mar-rekwiżiti għal persuni li jkunu qed ifittxu l-ammissjoni għan-negozjar previsti fl-Artikolu 14. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|