+Artikolu 17 Rekwiżiti għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu
---+Artikolu 17 1.
---+Artikolu 17 2.
---+Artikolu 17 3.
---+Artikolu 17 4.
---+Artikolu 17 5.
---+Artikolu 17 6.
---+Artikolu 17 7.
---+Artikolu 17 8.
|
Artikolu 17 Rekwiżiti għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 17 1.
|
Token irreferenzjat ma’ assi maħruġ minn istituzzjoni ta’ kreditu jista’ jiġi offrut lill-pubbliku jew ammess għan-negozjar, jekk l-istituzzjoni ta’ kreditu:
(a)
tabbozza white paper dwar il-kriptoassi kif imsemmi fl-Artikolu 19 għat-token irreferenzjat ma’ assi, tippreżenta dik il-white paper dwar il-kriptoassi għall-approvazzjoni mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari tagħha f’konformità mal-proċedura stabbilita fl-istandards tekniċi regolatorji adottati skont il-paragrafu 8 ta’ dan l-Artikolu, u jkollha l-white paper dwar il-kriptoassi approvata mill-awtorità kompetenti;
(b)
tinnotifika lill-awtorità kompetenti rispettiva, mill-anqas 90 jum tax-xogħol qabel ma jinħareġ it-token irreferenzjat ma’ assi għall-ewwel darba, billi tingħata lilha l-informazzjoni li ġejja:
(i)
programm tal-operazzjonijiet, li jistabbilixxi l-mudell tan-negozju li l-istituzzjoni ta’ kreditu tkun biħsiebha ssegwi;
(ii)
opinjoni legali li t-token irreferenzjat ma’ assi ma jikkwalifikax bħala wieħed minn dawn li ġejjin:
—
kriptoassi eskluż mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament skont l-Artikolu 2(4);
—
token tal-flus elettroniċi;
(iii)
deskrizzjoni dettaljata tal-arranġamenti ta’ governanza msemmija fl-Artikolu 34(1);
(iv)
il-politiki u l-proċeduri msemmija fl-Artikolu 34(5), l-ewwel subparagrafu;
(v)
deskrizzjoni tal-arranġamenti kuntrattwali mal-entitajiet terzi kif imsemmija fl-Artikolu 34(5), it-tieni subparagrafu;
(vi)
deskrizzjoni tal-politika tal-kontinwità tal-operat imsemmija fl-Artikolu 34(9);
(vii)
deskrizzjoni tal-mekkaniżmi ta’ kontroll intern u l-proċeduri tal-immaniġġjar tar-riskju msemmija fl-Artikolu 34(10);
(viii)
deskrizzjoni tas-sistemi u tal-proċeduri stabbiliti għas-salvagwardja tad-disponibbiltà, tal-awtentiċità, tal-integrità u tal-kunfidenzjalità tad-data msemmija fl-Artikolu 34(11);
|
|
Artikolu 17 2.
|
Istituzzjoni ta’ kreditu li tkun innotifikat qabel lill-awtorita’ kompetenti f’konformità mal-paragrafu 1, il-punt (b), meta toħroġ token irreferenzjat ma’ assi ieħor, ma għandhiex tkun meħtieġa tissottometti kwalunkwe informazzjoni li qabel kienet sottomessa minnha lill-awtorità kompetenti meta tali informazzjoni tkun identika. Meta tissottometti l-informazzjoni elenkata fil-paragrafu 1, il-punt (b), l-istituzzjoni ta’ kreditu għandha tikkonferma espressament li kwalunkwe informazzjoni mhux sottomessa mill-ġdid tkun għadha aġġornata.
|
|
Artikolu 17 3.
|
L-awtorita’ kompetenti li tirċievi notifika msemmija fil-paragrafu 1, il-punt (b), għandhom, fi żmien 20 jum tax-xogħol minn meta jirċievu l-informazzjoni elenkata fih, jivvalutaw jekk tkunx ġiet ipprovduta l-informazzjoni meħtieġa skont dan il-punt. Meta l-awtorita’ kompetenti tikkonkludi li notifika ma tkunx kompluta minħabba li l-informazzjoni tkun nieqsa, hija għandha tinforma minnufih b’dan lill-istituzzjoni ta’ kreditu li tinnotifika u tistabbilixxi skadenza sa meta dik l-istituzzjoni ta’ kreditu jkollha l-obbligu li tipprovdi l-informazzjoni nieqsa. L-iskadenza biex tiġi pprovduta kwalunkwe informazzjoni nieqsa ma għandhiex taqbeż l-20 jum tax-xogħol mid-data tat-talba. Sakemm tiskadi dik l-iskadenza, il-perjodu stabbilit mill-paragrafu 1, il-punt (b), għandu jiġi sospiż. Kwalunkwe talba ulterjuri mill-awtorita’ kompetenti għall-ikkompletar tal-informazzjoni jew għal kjarifika dwarha għandha tkun skont id-diskrezzjoni tagħha iżda ma għandhiex tirriżulta f’sospensjoni tal-perjodu stabbilit fil-paragrafu 1, il-punt (b). L-istituzzjoni ta’ kreditu ma għandhiex tagħmel offerta lill-pubbliku jew tfittex l-ammissjoni għan-negozjar tat-token irreferenzjat ma’ assi dment li n-notifika tkun għadha inkompluta.
|
|
Artikolu 17 4.
|
Istituzzjoni ta’ kreditu li toħroġ tokens irreferenzjati ma’ assi, inklużi tokens irreferenzjati ma’ assi sinifikanti, ma għandhiex tkun soġġetta għall-Artikoli 16, 18, 20, 21, 24, 35, 41 u 42.
|
|
Artikolu 17 5.
|
L-awtorita’ kompetenti għandha tikkomunika lill-BĊE mingħajr dewmien l-informazzjoni kompluta riċevuta skont il-paragrafu 1 u, meta l-istituzzjoni ta’ kreditu tkun stabbilita fi Stat Membru li l-munita uffiċjali tiegħu ma hijiex l-euro jew meta munita uffiċjali ta’ Stat Membru li ma hijiex l-euro tkun referenzjata mit-token irreferenzjat ma’ assi, għandha tikkomunikaha wkoll lill-bank ċentrali ta’ dak l-Istat Membru. Il-BĊE u, meta applikabbli, il-bank ċentrali tal-Istat Membru kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu, għandhom, fi żmien 20 jum tax-xogħol minn meta jirċievu l-informazzjoni kompluta, joħorġu opinjoni dwar dik l-informazzjoni u jittrażmettu dik l-opinjoni lill-awtorità kompetenti. L-awtorità kompetenti għandha tirrikjedi lill-istituzzjoni ta’ kreditu ma toffrix lill-pubbliku t-token irreferenzjat ma’ assi jew ma tfittixx l-ammissjoni għan-negozjar f’każijiet fejn il-BĊE jew, meta applikabbli, il-bank ċentrali tal-Istat Membru kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu, jagħtu opinjoni negattiva fuq il-bażi ta’ riskju kreat għall-ħidma bla ostakoli ta’ sistemi ta’ ħlas, it-trażmissjoni tal-politika monetarja jew is-sovranità monetarja.
|
|
Artikolu 17 6.
|
L-awtorità kompetenti għandha tikkomunika lill-ESMA l-informazzjoni speċifikata fl-Artikolu 109(3) wara li tivverifika l-kompletezza tal-informazzjoni riċevuta fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. L-ESMA għandha tagħmel tali informazzjoni disponibbli fir-reġistru, skont l-Artikolu 109(3), mid-data tal-bidu tal-offerta lill-pubbliku jew l-ammissjoni għan-negozjar.
|
|
Artikolu 17 7.
|
L-awtorità kompetenti rilevanti għandha, fi żmien jumejn ta’ xogħol minn meta tirtira l-awtorizzazzjoni, tikkomunika lill-ESMA l-irtirar tal-awtorizzazzjoni ta’ istituzzjoni ta’ kreditu li toħroġ tokens irreferenzjati ma’ assi. L-ESMA għandha tagħmel l-informazzjoni dwar tali irtirar disponibbli fir-reġistru, skont l-Artikolu 109(3), mingħajr dewmien bla bżonn.
|
|
Artikolu 17 8.
|
L-EBA, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-ESMA u mal-BĊE, għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika b’mod ulterjuri l-proċedura għall-approvazzjoni ta’ white paper dwar il-kriptoassi msemmija fil-paragrafu 1, il-punt (a). L-EBA għandha tissottometti l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji msemmi fl-ewwel subparagrafu lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Ġunju 2024. Is-setgħa hija delegata lill-Kummissjoni li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R1114
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|