|
+Artikolu 17 1. |
Artikolu 17 1.Token irreferenzjat ma’ assi maħruġ minn istituzzjoni ta’ kreditu jista’ jiġi offrut lill-pubbliku jew ammess għan-negozjar, jekk l-istituzzjoni ta’ kreditu:
(a)
tabbozza white paper dwar il-kriptoassi kif imsemmi fl-Artikolu 19 għat-token irreferenzjat ma’ assi, tippreżenta dik il-white paper dwar il-kriptoassi għall-approvazzjoni mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari tagħha f’konformità mal-proċedura stabbilita fl-istandards tekniċi regolatorji adottati skont il-paragrafu 8 ta’ dan l-Artikolu, u jkollha l-white paper dwar il-kriptoassi approvata mill-awtorità kompetenti;
(b)
tinnotifika lill-awtorità kompetenti rispettiva, mill-anqas 90 jum tax-xogħol qabel ma jinħareġ it-token irreferenzjat ma’ assi għall-ewwel darba, billi tingħata lilha l-informazzjoni li ġejja:
(i)
programm tal-operazzjonijiet, li jistabbilixxi l-mudell tan-negozju li l-istituzzjoni ta’ kreditu tkun biħsiebha ssegwi;
(ii)
opinjoni legali li t-token irreferenzjat ma’ assi ma jikkwalifikax bħala wieħed minn dawn li ġejjin:
—
kriptoassi eskluż mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament skont l-Artikolu 2(4);
—
token tal-flus elettroniċi;
(iii)
deskrizzjoni dettaljata tal-arranġamenti ta’ governanza msemmija fl-Artikolu 34(1);
(iv)
il-politiki u l-proċeduri msemmija fl-Artikolu 34(5), l-ewwel subparagrafu;
(v)
deskrizzjoni tal-arranġamenti kuntrattwali mal-entitajiet terzi kif imsemmija fl-Artikolu 34(5), it-tieni subparagrafu;
(vi)
deskrizzjoni tal-politika tal-kontinwità tal-operat imsemmija fl-Artikolu 34(9);
(vii)
deskrizzjoni tal-mekkaniżmi ta’ kontroll intern u l-proċeduri tal-immaniġġjar tar-riskju msemmija fl-Artikolu 34(10);
(viii)
deskrizzjoni tas-sistemi u tal-proċeduri stabbiliti għas-salvagwardja tad-disponibbiltà, tal-awtentiċità, tal-integrità u tal-kunfidenzjalità tad-data msemmija fl-Artikolu 34(11); 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|