+Artikolu 19 Il-kontenut u l-forma tal-white paper dwar il-kriptoassi għal tokens irreferenzjati ma’ assi
---+Artikolu 19 1.
---+Artikolu 19 2.
---+Artikolu 19 3.
---+Artikolu 19 4.
---+Artikolu 19 5.
---+Artikolu 19 6.
---+Artikolu 19 7.
---+Artikolu 19 8.
---+Artikolu 19 9.
---+Artikolu 19 10.
---+Artikolu 19 11.

Artikolu 19 Il-kontenut u l-forma tal-white paper dwar il-kriptoassi għal tokens irreferenzjati ma’ assi

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 19 1.

White paper dwar il-kriptoassi għal token irreferenzjat ma’ assi għandu jkun fiha l-informazzjoni kollha li ġejja, kif speċifikat aktar fl-Anness II:

(a) 

informazzjoni dwar l-emittent tat-token irreferenzjat ma’ assi;

(b) 

informazzjoni dwar it-token irreferenzjat ma’ assi;

(c) 

informazzjoni dwar l-offerta lill-pubbliku tat-token irreferenzjat ma’ assi jew l-ammissjoni għan-negozjar tiegħu;

(d) 

informazzjoni dwar id-drittijiet u l-obbligi marbuta mat-token irreferenzjat ma’ assi;

(e) 

informazzjoni dwar it-teknoloġija sottostanti;

(f) 

informazzjoni dwar ir-riskji;

(g) 

informazzjoni dwar ir-riżerva ta’ assi;

(h) 

informazzjoni dwar l-impatti negattivi prinċipali fuq il-klima u impatti negattivi oħra relatati mal-ambjent tal-mekkaniżmu ta’ kunsens użat biex jinħareġ it-token irreferenzjat ma’ assi.

Il-white paper dwar il-kriptoassi għandha tinkludi wkoll l-identità tal-persuna għajr l-emittent li joffri lill-pubbliku jew ifittex ammissjoni għan-negozjar skont l-Artikolu 16(1), it-tieni subparagrafu, u r-raġuni għaliex dik il-persuna partikolari toffri dak it-token irreferenzjat ma’ assi jew tfittex l-ammissjoni għan-negozjar tiegħu. F’każijiet fejn il-white paper dwar il-kriptoassi ma titfassalx mill-emittent, il-white paper dwar il-kriptoassi għandha tinkludi wkoll l-identità tal-persuna li fasslet il-white paper dwar il-kriptoassi u r-raġuni għaliex dik il-persuna partikolari fasslitha.

Artikolu 19 2.
L-informazzjoni kollha elenkata fil-paragrafu 1 għandha tkun ġusta, ċara u mhux qarrieqa. Il-white paper dwar il-kriptoassi ma għandux ikun fiha omissjonijiet materjali u għandha tiġi ppreżentata f’forma konċiża u li tinftiehem.
Artikolu 19 3.
Il-white paper dwar il-kriptoassi ma għandu jkun fiha l-ebda stipulazzjoni rigward il-valur futur tal-kriptoassi għajr id-dikjarazzjoni msemmija fil-paragrafu 4.
Artikolu 19 4.

Il-white paper dwar il-kriptoassi għandu jkun fiha dikjarazzjoni ċara u mhux ambigwa li:

(a) 

it-token irreferenzjat ma’ assi jista’ jitilef il-valur tiegħu parzjalment jew kompletament;

(b) 

it-token irreferenzjat ma’ assi mhux dejjem jista’ jkun trasferibbli;

(c) 

it-token irreferenzjat ma’ assi jista’ ma jkunx likwidu;

(d) 

it-token irreferenzjat ma’ assi ma huwiex kopert mill-iskemi ta’ kumpens għall-investituri skont id-Direttiva 97/9/KE;

(e) 

it-token irreferenzjat ma’ assi ma huwiex kopert mill-iskemi ta’ garanzija tad-depożiti skont id-Direttiva 2014/49/UE.

Artikolu 19 5.
Il-white paper dwar il-kriptoassi għandu jkun fiha dikjarazzjoni mill-korp maniġerjali tal-emittent tat-token irreferenzjat ma’ assi. Dik id-dikjarazzjoni għandha tikkonferma li l-white paper dwar il-kriptoassi tikkonforma ma’ dan it-Titolu u li, sa fejn ikun jaf il-korp maniġerjali, l-informazzjoni ppreżentata fil-white paper dwar il-kriptoassi tkun ġusta, ċara u ma tkunx qarrieqa u li l-white paper dwar il-kriptoassi ma tagħmel l-ebda ommissjoni li x’aktarx taffettwa l-importazzjoni tagħha.
Artikolu 19 6.
Il-white paper dwar il-kriptoassi għandu jkun fiha sommarju, imdaħħal wara d-dikjarazzjoni msemmija fil-paragrafu 5, li għandu fil-qosor u b’lingwaġġ mhux tekniku jipprovdi informazzjoni ta’ importanza ewlenija dwar l-offerta lill-pubbliku tat-token irreferenzjat ma’ assi jew l-ammissjoni għan-negozjar maħsuba tat-token irreferenzjat ma’ assi. Is-sommarju għandu jinftiehem faċilment u jiġi ppreżentat u stabbilit f’format ċar u komprensiv, bl-użu ta’ karattri ta’ daqs li jinqara. Is-sommarju tal-white paper dwar il-kriptoassi għandu jipprovdi informazzjoni xierqa dwar il-karatteristiċi tat-token irreferenzjat ma’ assi kkonċernat sabiex jgħin lid-detenturi prospettivi ta’ dak it-token irreferenzjat ma’ assi jieħdu deċiżjoni informata.

Is-sommarju għandu jkun fih twissija li:

(a) 

huwa għandu jinqara bħala introduzzjoni għall-white paper dwar il-kriptoassi;

(b) 

id-detentur prospettiv għandu jibbaża kwalunkwe deċiżjoni għax-xiri tat-token irreferenzjat ma’ assi fuq il-kontenut tal-white paper dwar il-kriptoassi sħiħa u mhux fuq is-sommarju biss;

(c) 

l-offerta lill-pubbliku tat-token irreferenzjat ma’ assi ma tikkostitwix offerta jew solleċitazzjoni għax-xiri ta’ strumenti finanzjarji u li kwalunkwe tali offerta jew solleċitazzjoni tista’ ssir biss permezz ta’ prospett jew permezz ta’ dokumenti oħra ta’ offerta skont il-liġi nazzjonali applikabbli;

(d) 

il-white paper dwar il-kriptoassi ma tikkostitwix prospett kif imsemmi fir-Regolament (UE) 2017/1129 jew kwalunkwe dokument ieħor tal-offerta skont il-liġi tal-Unjoni jew nazzjonali.

Is-sommarju għandu jiddikjara li d-detenturi ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi għandhom dritt ta’ fidi fi kwalunkwe ħin, u l-kundizzjonijiet għal tali fidi.

Artikolu 19 7.
Il-white paper dwar il-kriptoassi għandu jkun fiha d-data tan-notifika tagħha u t-tabella tal-werrej.
Artikolu 19 8.
Il-white paper dwar il-kriptoassi għandha titfassal b’lingwa uffiċjali tal-Istat Membru domiċiljari, jew b’lingwa abitwali fil-qasam tal-finanzi internazzjonali.

Meta t-token irreferenzjat ma’ assi jiġi offrut ukoll fi Stat Membru għajr l-Istat Membru domiċiljari tal-emittent, il-white paper dwar il-kriptoassi għandha titfassal ukoll b’lingwa uffiċjali tal-Istat Membru ospitanti, jew b’lingwa abitwali fil-qasam tal-finanzi internazzjonali.

Artikolu 19 9.
Il-white paper dwar il-kriptoassi għandha tkun disponibbli f’format li jinqara mill-magni.
Artikolu 19 10.
L-ESMA, f’kooperazzjoni mal-EBA, għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni sabiex tistabbilixxi l-formoli, il-formats u l-mudelli standard għall-finijiet tal-paragrafu 9.

L-ESMA għandha tissottometti l-abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmi fl-ewwel subparagrafu lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Ġunju 2024.

Is-setgħa hija mogħtija lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 19 11.
L-ESMA, f’kooperazzjoni mal-EBA, għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji dwar il-kontenut, il-metodoloġiji u l-preżentazzjoni tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu, il-punt (h), fir-rigward tal-indikaturi tas-sostenibbiltà b’rabta mal-impatti negattivi fuq il-klima u impatti negattivi oħra relatati mal-ambjent.

Meta tiżviluppa l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji msemmi fl-ewwel subparagrafu, l-ESMA għandha tikkunsidra t-tipi varji ta’ mekkaniżmi ta’ kunsens użati biex jiġu vvalidati t-tranżazzjonijiet fil-kriptoassi, l-istrutturi ta’ inċentivi tagħhom u l-użu tal-enerġija, tal-enerġija rinnovabbli u tar-riżorsi naturali, il-produzzjoni tal-iskart u l-emissjonijiet tal-gassijiet serra. L-ESMA għandha taġġorna l-istandards tekniċi regolatorji fid-dawl ta’ żviluppi regolatorji u teknoloġiċi.

L-ESMA għandha tissottometti l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji msemmi fl-ewwel subparagrafu lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Ġunju 2024.

Is-setgħa hija delegata lill-Kummissjoni li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R1114
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.