|
+Artikolu 19 1. |
Artikolu 19 1.White paper dwar il-kriptoassi għal token irreferenzjat ma’ assi għandu jkun fiha l-informazzjoni kollha li ġejja, kif speċifikat aktar fl-Anness II:
(a)
informazzjoni dwar l-emittent tat-token irreferenzjat ma’ assi;
(b)
informazzjoni dwar it-token irreferenzjat ma’ assi;
(c)
informazzjoni dwar l-offerta lill-pubbliku tat-token irreferenzjat ma’ assi jew l-ammissjoni għan-negozjar tiegħu;
(d)
informazzjoni dwar id-drittijiet u l-obbligi marbuta mat-token irreferenzjat ma’ assi;
(e)
informazzjoni dwar it-teknoloġija sottostanti;
(f)
informazzjoni dwar ir-riskji;
(g)
informazzjoni dwar ir-riżerva ta’ assi;
(h)
informazzjoni dwar l-impatti negattivi prinċipali fuq il-klima u impatti negattivi oħra relatati mal-ambjent tal-mekkaniżmu ta’ kunsens użat biex jinħareġ it-token irreferenzjat ma’ assi. Il-white paper dwar il-kriptoassi għandha tinkludi wkoll l-identità tal-persuna għajr l-emittent li joffri lill-pubbliku jew ifittex ammissjoni għan-negozjar skont l-Artikolu 16(1), it-tieni subparagrafu, u r-raġuni għaliex dik il-persuna partikolari toffri dak it-token irreferenzjat ma’ assi jew tfittex l-ammissjoni għan-negozjar tiegħu. F’każijiet fejn il-white paper dwar il-kriptoassi ma titfassalx mill-emittent, il-white paper dwar il-kriptoassi għandha tinkludi wkoll l-identità tal-persuna li fasslet il-white paper dwar il-kriptoassi u r-raġuni għaliex dik il-persuna partikolari fasslitha. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|