Artikolu 28
Il-pubblikazzjoni tal-white paper dwar il-kriptoassi
L-emittent ta’ token irreferenzjat ma’ assi għandu jippubblika fuq is-sit web tiegħu l-white paper dwar il-kriptoassi approvata msemmija fl-Artikolu 17(1) jew l-Artikolu 21(1) u, meta applikabbli, il-white paper dwar il-kriptoassi modifikata msemmija fl-Artikolu 25. Il-white paper dwar il-kriptoassi approvata għandha tkun aċċessibbli għall-pubbliku mad-data tal-bidu tal-offerta lill-pubbliku tat-token irreferenzjat ma’ assi jew tal-ammissjoni għan-negozjar ta’ dak it-tokens. Il-white paper dwar il-kriptoassi approvata, u, meta applikabbli, il-white paper dwar il-kriptoassi modifikata għandhom jibqgħu disponibbli fuq is-sit web tal-emittent sakemm it-token irreferenzjat ma’ assi jibqa’ miżmum mill-pubbliku.