+Artikolu 34 Arranġamenti ta’ governanza
---+Artikolu 34 1.
---+Artikolu 34 2.
---+Artikolu 34 3.
---+Artikolu 34 4.
---+Artikolu 34 5.
---+Artikolu 34 6.
---+Artikolu 34 7.
---+Artikolu 34 8.
---+Artikolu 34 9.
---+Artikolu 34 10.
---+Artikolu 34 11.
---+Artikolu 34 12.
---+Artikolu 34 13.

Artikolu 34 Arranġamenti ta’ governanza

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 34 1.
L-emittenti tat-tokens irreferenzjati ma’ assi għandu jkollhom arranġamenti ta’ governanza robusti, li jinkludu struttura organizzazzjonali ċara b’linji ta’ responsabbiltà ddefiniti sew, trasparenti u konsistenti, bi proċessi effettivi għall-identifikazzjoni, għall-immaniġġar, għall-monitoraġġ u għar-rapportar tar-riskji li għalihom ikunu jew jistgħu jkunu skoperti, u b’mekkaniżmi adegwati ta’ kontroll intern, inklużi proċeduri amministrattivi u kontabilistiċi sodi.
Artikolu 34 2.
Il-membri tal-korp maniġerjali tal-emittenti ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi għandu jkollhom reputazzjoni tajba biżżejjed u jkollhom l-għarfien, il-ħiliet u l-esperjenza xierqa, kemm individwalment kif ukoll kollettivament, sabiex iwettqu dmirijiethom. B’mod partikolari, ma għandhomx ikunu nstabu ħatja ta’ reati relatati mal-ħasil tal-flus jew mal-finanzjament tat-terroriżmu jew ta’ kwalunwke reat ieħor li jaffettwa r-reputazzjoni tajba tagħhom. Huma għandhom juru wkoll li huma kapaċi jiddedikaw biżżejjed ħin biex iwettqu dmirijiethom b’mod effettiv.
Artikolu 34 3.
Il-korp maniġerjali tal-emittenti ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi għandu jivvaluta u jirrieżamina perjodikament l-effettività tal-arranġamenti u tal-proċeduri ta’ politika stabbiliti għall-konformità mal-Kapitoli 2, 3, 5 u 6 ta’ dan it-Titolu u jieħu l-miżuri xierqa biex jindirizza kwalunkwe nuqqas f’dak ir-rigward.
Artikolu 34 4.
L-azzjonisti jew membri, kemm jekk diretti kif ukoll indiretti, li jkollhom parteċipazzjonijiet kwalifikanti f’tokens irreferenzjati ma’ assi għandhom ikunu ta’ reputazzjoni tajba biżżejjed u, b’mod partikolari, ma għandhomx ikunu nstabu ħatja ta’ reati relatati mal-ħasil tal-flus jew mal-finanzjament tat-terroriżmu jew ta’ kwalunkwe reat ieħor li jaffettwa r-reputazzjoni tajba tagħhom.
Artikolu 34 5.

L-emittenti ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi għandhom jadottaw politiki u proċeduri li jkunu effettivi biżżejjed sabiex jiżguraw konformità ma’ dan ir-Regolament. L-emittenti ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi għandhom jistabbilixxu, iżommu u jimplimentaw, b’mod partikolari, politiki u proċeduri dwar:

(a) 

ir-riżerva ta’ assi msemmija fl-Artikolu 36;

(b) 

il-kustodja tal-assi ta’ riżerva, inkluża s-segregazzjoni tal-assi, kif speċifikata fl-Artikolu 37;

(c) 

id-drittijiet mogħtija lid-detenturi ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi, kif speċifikati fl-Artikolu 39;

(d) 

il-mekkaniżmu li permezz tiegħu jinħarġu u jinfdew it-tokens irreferenzjati ma’ assi;

(e) 

il-protokolli għall-validazzjoni tat-tranżazzjonijiet f’tokens irreferenzjati ma’ assi;

(f) 

il-funzjonament tat-teknoloġija ta’ reġistru distribwit proprjetarja tal-emittenti, meta t-tokens irreferenzjati ma’ assi jinħarġu, jiġu ttrasferiti u jinħażnu bl-użu ta’ tali teknoloġija ta’ reġistru distribwit jew f’teknoloġija simili li tkun operata mill-emittenti jew minn parti terza li taġixxi f’isimhom;

(g) 

il-mekkaniżmi li jiżguraw il-likwidità ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi, inklużi l-politika u l-proċeduri ta’ mmaniġġjar tal-likwidità għall-emittenti ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi sinifikanti msemmija fl-Artikolu 45;

(h) 

l-arranġamenti ma’ entitajiet terzi għall-operat tar-riżerva ta’ assi, u għall-investiment tal-assi ta’ riżerva, għall-kustodja tal-assi ta’ riżerva, u, meta applikabbli, għad-distribuzzjoni tat-tokens irreferenzjati ma’ assi lill-pubbliku;

(i) 

il-kunsens bil-miktub tal-emittenti ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi mogħti lil persuni oħra li jistgħu joffru jew jfittxu l-ammissjoni għan-negozjar tat-tokens irreferenzjati ma’ assi;

(j) 

it-trattament tal-ilmenti, kif speċifikat fl-Artikolu 31;

(k) 

il-kunflitti ta’ interess, kif speċifikat fl-Artikolu 32.

Meta l-emittenti ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi jidħlu f’arranġamenti kif imsemmija fl-ewwel subparagrafu, il-punt (h), dawk l-arranġamenti għandhom jiġu stabbiliti f’kuntratt mal-entitajiet terzi. Dawk l-arranġamenti kuntrattwali għandhom jistabbilixxu r-rwoli, ir-responsabbiltajiet, id-drittijiet u l-obbligi kemm tal-emittenti ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi kif ukoll tal-entitajiet terzi. Kwalunkwe arranġament kuntrattwali b’implikazzjonijiet transġuriżdizzjonali għandu jipprevedi b’mod mhux ambigwu l-għażla tal-liġi applikabbli.

Artikolu 34 6.
Sakemm ma jkunux nedew pjan ta’ fidi msemmi fl-Artikolu 47, l-emittenti ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi għandhom jużaw sistemi, riżorsi u proċeduri xierqa u proporzjonati sabiex jiżguraw it-tkomplija u r-regolarità tat-twettiq tas-servizzi u tal-attivitajiet tagħhom. Għal dak l-għan, l-emittenti ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi għandhom iżommu s-sistemi u l-protokolli ta’ aċċess għas-sigurtà kollha tagħhom f’konformità mal-istandards xierqa tal-Unjoni.
Artikolu 34 7.
Jekk l-emittent ta’ token irreferenzjat ma’ assi jiddeċiedi li jwaqqaf il-forniment tas-servizzi u attivitajiet tiegħu, inkluż billi jwaqqaf il-ħruġ ta’ dak it-token irreferenzjat ma’ assi, huwa għandu jissottometti pjan lill-awtorità kompetenti għall-approvazzjoni ta’ tali waqfien.
Artikolu 34 8.
L-emittenti ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi għandhom jidentifikaw is-sorsi tar-riskju operazzjonali u jimminimizzaw dawk ir-riskji permezz tal-iżvilupp ta’ sistemi, ta’ kontrolli u ta’ proċeduri xierqa.
Artikolu 34 9.
L-emittenti ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi għandhom jistabbilixxu politika u pjanijiet tal-kontinwità tal-operat sabiex jiżguraw, fil-każ ta’ interuzzjoni fis-sistemi u fil-proċeduri tal-ICT tagħhom, il-preservazzjoni tad-data u tal-funzjonijiet essenzjali u ż-żamma tal-attivitajiet tagħhom, jew, meta dak ma jkunx possibbli, l-irkupru f’waqtu ta’ tali data u funzjonijiet u l-issoktar puntwali tal-attivitajiet tagħhom.
Artikolu 34 10.
L-emittenti ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi għandu jkollhom fis-seħħ mekkaniżmi ta’ kontroll intern u proċeduri effettivi għall-immaniġġjar tar-riskju, inklużi arranġamenti effettivi ta’ kontroll u ta’ salvagwardja għall-immaniġġjar tas-sistemi tal-ICT kif jirrikjedi r-Regolament (UE) 2022/2554 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 11 ). Il-proċeduri għandhom jipprevedu valutazzjoni komprensiva relatata mad-dipendenza fuq entitajiet terzi kif imsemmi fil-paragrafu 5, l-ewwel subparagrafu, il-punt (h), ta’ dan l-Artikolu. L-emittenti ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi għandhom jimmonitorjaw u jevalwaw fuq bażi regolari l-adegwatezza u l-effettività tal-mekkaniżmi ta’ kontroll intern u l-proċeduri għall-valutazzjoni tar-riskju u jieħdu l-miżuri xierqa sabiex jindirizzaw kwalunkwe nuqqas f’dak ir-rigward.
Artikolu 34 11.
L-emittenti ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi għandu jkollhom sistemi u proċeduri fis-seħħ li jkunu adegwati sabiex jissalvagwardjaw id-disponibbiltà, l-awtentiċità, l-integrita’ u l-kunfidenzjalità tad-data kif jirrikjedi r-Regolament (UE) 2022/2554 u bi qbil mar-Regolament (UE) 2016/679. Dawk is-sistemi għandhom jirreġistraw u jissalvagwardjaw id-data u l-informazzjoni rilevanti miġbura u prodotta matul l-attivitajiet tal-emittenti.
Artikolu 34 12.
L-emittenti ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi għandhom jiżguraw li jiġu awditjati b’mod regolari minn awdituri indipendenti. Ir-riżultati ta’ dawk l-awditi għandhom jiġu kkomunikati lill-korp maniġerjali tal-emittent ikkonċernat u għandhom jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-awtorità kompetenti.
Artikolu 34 13.

Sat-30 ta’ Ġunju 2024, l-EBA, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-ESMA u l-BĊE, għandha toħroġ linji gwida skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 li jispeċifikaw il-kontenut minimu tal-arranġamenti ta’ governanza dwar:

(a) 

l-għodod ta’ monitoraġġ għar-riskji msemmija fil-paragrafu 8;

(b) 

il-pjan tal-kontinwità tal-operat imsemmi fil-paragrafu 9;

(c) 

il-mekkaniżmu ta’ kontroll intern imsemmi fil-paragrafu 10;

(d) 

l-awditi msemmija fil-paragrafu 12, inkluża d-dokumentazzjoni minima li għandha tintuża fl-awditu.

Meta toħroġ il-linji gwida msemmija fl-ewwel subparagrafu, l-EBA għandha tqis id-dispożizzjonijiet dwar ir-rekwiżiti ta’ governanza f’atti leġiżlattivi oħra tal-Unjoni dwar is-servizzi finanzjarji, inkluża d-Direttiva 2014/65/UE.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R1114
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.