|
+Artikolu 34 5. |
Artikolu 34 5.L-emittenti ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi għandhom jadottaw politiki u proċeduri li jkunu effettivi biżżejjed sabiex jiżguraw konformità ma’ dan ir-Regolament. L-emittenti ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi għandhom jistabbilixxu, iżommu u jimplimentaw, b’mod partikolari, politiki u proċeduri dwar:
(a)
ir-riżerva ta’ assi msemmija fl-Artikolu 36;
(b)
il-kustodja tal-assi ta’ riżerva, inkluża s-segregazzjoni tal-assi, kif speċifikata fl-Artikolu 37;
(c)
id-drittijiet mogħtija lid-detenturi ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi, kif speċifikati fl-Artikolu 39;
(d)
il-mekkaniżmu li permezz tiegħu jinħarġu u jinfdew it-tokens irreferenzjati ma’ assi;
(e)
il-protokolli għall-validazzjoni tat-tranżazzjonijiet f’tokens irreferenzjati ma’ assi;
(f)
il-funzjonament tat-teknoloġija ta’ reġistru distribwit proprjetarja tal-emittenti, meta t-tokens irreferenzjati ma’ assi jinħarġu, jiġu ttrasferiti u jinħażnu bl-użu ta’ tali teknoloġija ta’ reġistru distribwit jew f’teknoloġija simili li tkun operata mill-emittenti jew minn parti terza li taġixxi f’isimhom;
(g)
il-mekkaniżmi li jiżguraw il-likwidità ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi, inklużi l-politika u l-proċeduri ta’ mmaniġġjar tal-likwidità għall-emittenti ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi sinifikanti msemmija fl-Artikolu 45;
(h)
l-arranġamenti ma’ entitajiet terzi għall-operat tar-riżerva ta’ assi, u għall-investiment tal-assi ta’ riżerva, għall-kustodja tal-assi ta’ riżerva, u, meta applikabbli, għad-distribuzzjoni tat-tokens irreferenzjati ma’ assi lill-pubbliku;
(i)
il-kunsens bil-miktub tal-emittenti ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi mogħti lil persuni oħra li jistgħu joffru jew jfittxu l-ammissjoni għan-negozjar tat-tokens irreferenzjati ma’ assi;
(j)
it-trattament tal-ilmenti, kif speċifikat fl-Artikolu 31;
(k)
il-kunflitti ta’ interess, kif speċifikat fl-Artikolu 32. Meta l-emittenti ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi jidħlu f’arranġamenti kif imsemmija fl-ewwel subparagrafu, il-punt (h), dawk l-arranġamenti għandhom jiġu stabbiliti f’kuntratt mal-entitajiet terzi. Dawk l-arranġamenti kuntrattwali għandhom jistabbilixxu r-rwoli, ir-responsabbiltajiet, id-drittijiet u l-obbligi kemm tal-emittenti ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi kif ukoll tal-entitajiet terzi. Kwalunkwe arranġament kuntrattwali b’implikazzjonijiet transġuriżdizzjonali għandu jipprevedi b’mod mhux ambigwu l-għażla tal-liġi applikabbli. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|