|
+Artikolu 35 3. |
Artikolu 35 3.L-awtorita’ kompetenti tal-Istat Membru domiċiljarju tista’ tirrikjedi lil emittent ta’ token irreferenzjat ma’ assi jżomm ammont ta’ fondi proprji li jkun sa 20 % ogħla mill-ammont li jirriżulta mill-applikazzjoni tal-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu, il-punt (b), meta valutazzjoni ta’ kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin tkun tindika livell ta’ riskju ogħla:
(a)
l-evalwazzjoni tal-proċessi ta’ mmaniġġjar tar-riskju u tal-mekkaniżmi ta’ kontroll intern tal-emittent tat-token irreferenzjat ma’ assi kif imsemmi fl-Artikolu 34(1), (8) u (10);
(b)
il-kwalità u l-volatilità tar-riżerva ta’ assi msemmija fl-Artikolu 36;
(c)
it-tipi ta’ drittijiet mogħtija mill-emittent tat-token irreferenzjat ma’ assi lid-detenturi tat-token irreferenzjat ma’ assi f’konformità mal-Artikolu 39;
(d)
meta r-riżerva ta’ assi tinkludi investimenti, ir-riskji ppreżentati mill-politika ta’ investiment fuq ir-riżerva ta’ assi;
(e)
il-valur aggregat u n-numru ta’ tranżazzjonijiet saldati fit-token irreferenzjat ma’ assi;
(f)
l-importanza tas-swieq li fihom jiġu offruti u kkummerċjalizzati t-token irreferenzjat ma’ assi;
(g)
meta applikabbli, il-kapitalizzazzjoni tas-suq tat-token irreferenzjat ma’ assi. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|