+Artikolu 36 4.

Artikolu 36 4.

L-EBA, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-ESMA u mal-BĊE, għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifika ulterjorment ir-rekwiżiti ta’ likwidità, filwaqt li jitqiesu d-daqs, il-kumplessità u n-natura tar-riżerva ta’ assi u tat-token irreferenzjat ma’ assi nnifsu.

L-istandards tekniċi regolatorji għandhom jistabbilixxu b’mod partikolari:

(a) 

il-perċentwal rilevanti tar-riżerva ta’ assi skont il-maturitajiet ta’ kuljum, inkluż il-perċentwal ta’ ftehimiet ta’ retroriakkwist li jistgħu jiġu tterminati billi jingħata avviż minn qabel ta’ jum tax-xogħol, jew il-perċentwal ta’ flus kontanti li jistgħu jinġibdu billi jingħata avviż minn qabel ta’ jum tax-xogħol;

(b) 

il-perċentwal rilevanti tar-riżerva ta’ assi skont il-maturitajiet ta’ kull ġimgħa, inkluż il-perċentwal ta’ ftehimiet ta’ retroriakkwist li jistgħu jiġu tterminati billi jingħata avviż minn qabel ta’ ħamest ijiem tax-xogħol, jew il-perċentwal ta’ flus kontanti li jistgħu jinġibdu billi jingħata avviż minn qabel ta’ ħamest ijiem tax-xogħol;

(c) 

maturitajiet rilevanti oħra, u tekniki ġenerali għall-immaniġġjar tal-likwidità;

(d) 

l-ammonti minimi f’kull munita uffiċjali referenzjati li għandhom jinżammu bħala depożiti f’istituzzjonijiet ta’ kreditu, li ma jistgħux ikunu anqas minn 30 % tal-ammont irreferenzjat f’kull munita uffiċjali.

Għall-finijiet tal-punti (a), (b) u (c) tat-tieni subparagrafu, l-EBA għandha tqis, fost l-oħrajn, il-livelli limitu rilevanti stabbiliti fl-Artikolu 52 tad-Direttiva 2009/65/KE.

L-EBA għandha tissottometti l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji msemmi fl-ewwel subparagrafu lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Ġunju 2024.

Is-setgħa hija delegata lill-Kummissjoni li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R1114
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.