+Artikolu 39 Dritt ta’ fidi
---+Artikolu 39 1.
---+Artikolu 39 2.
---+Artikolu 39 3.
|
Artikolu 39 Dritt ta’ fidi
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 39 1.
|
Id-detenturi ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi għandu jkollhom dritt ta’ fidi f’kull ħin kontra l-emittenti tat-tokens irreferenzjati ma’ assi, u fir-rigward tal-assi ta’ riżerva meta l-emittenti ma jkunux jistgħu jissodisfaw l-obbligi tagħhom kif imsemmi fil-Kapitolu 6 ta’ dan it-Titolu. L-emittenti għandhom jistabbilixxu, iżommu u jimplimentaw politiki u proċeduri ċari u dettaljati fir-rigward ta’ tali dritt permanenti ta’ fidi.
|
|
Artikolu 39 2.
|
Fuq talba minn detentur ta’ token irreferenzjat ma’ assi, emittent ta’ tali token għandu jifdi jew billi jħallas ammont f’fondi, għajr flus elettroniċi, ekwivalenti għall-valur tas-suq tal-assi rreferenzjati mit-token irreferenzjati ma’ assi miżmuma jew billi jikkonsenja l-assi referenzjati mit-token. L-emittenti għandhom jistabbilixxu politika dwar tali dritt permanenti ta’ fidi li tistabbilixxi:
(a)
il-kundizzjonijiet, inklużi l-livelli limitu, il-perjodi u l-iskedi ta’ żmien, għad-detenturi ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi sabiex jeżerċitaw tali dritt ta’ fidi;
(b)
il-mekkaniżmi u l-proċeduri biex jiġi żgurat il-fidi tat-tokens irreferenzjati ma’ assi, inkluż f’ċirkostanzi tas-suq taħt stress, kif ukoll fil-kuntest tal-implimentazzjoni tal-pjan ta’ rkupru stabbilit fl-Artikolu 46, jew fil-każ ta’ fidi ordnat ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi skont l-Artikolu 47;
(c)
il-valutazzjoni, jew il-prinċipji ta’ valutazzjoni, tat-tokens irreferenzjati ma’ assi u tal-assi ta’ riżerva meta d-dritt ta’ fidi jiġi eżerċitat mid-detentur ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi, inkluż bl-użu tal-metodoloġija tal-valutazzjoni stabbilita fl-Artikolu 36(11);
(d)
il-kundizzjonijiet għas-saldu tal-fidi; u
(e)
il-miżuri li jieħdu l-emittenti biex jimmaniġġjaw b’mod adegwat iż-żidiet jew it-tnaqqis fir-riżerva ta’ assi sabiex jevitaw kwalunkwe impatt negattiv fuq is-suq tal-assi ta’ riżerva.
Jekk l-emittenti, meta jbigħu token irreferenzjat ma’ assi, jaċċettaw pagament f’fondi għajr flus elettroniċi, iddenominati f’munita uffiċjali, huma għandhom dejjem jipprovdu l-għażla li jifdu t-token f’fondi għajr flus elettroniċi, iddenominati fl-istess munita uffiċjali.
|
|
Artikolu 39 3.
|
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 46, il-fidi ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi ma għandux ikun soġġett għal tariffa.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R1114
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|