|
+Artikolu 39 2. |
Artikolu 39 2.Fuq talba minn detentur ta’ token irreferenzjat ma’ assi, emittent ta’ tali token għandu jifdi jew billi jħallas ammont f’fondi, għajr flus elettroniċi, ekwivalenti għall-valur tas-suq tal-assi rreferenzjati mit-token irreferenzjati ma’ assi miżmuma jew billi jikkonsenja l-assi referenzjati mit-token. L-emittenti għandhom jistabbilixxu politika dwar tali dritt permanenti ta’ fidi li tistabbilixxi:
(a)
il-kundizzjonijiet, inklużi l-livelli limitu, il-perjodi u l-iskedi ta’ żmien, għad-detenturi ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi sabiex jeżerċitaw tali dritt ta’ fidi;
(b)
il-mekkaniżmi u l-proċeduri biex jiġi żgurat il-fidi tat-tokens irreferenzjati ma’ assi, inkluż f’ċirkostanzi tas-suq taħt stress, kif ukoll fil-kuntest tal-implimentazzjoni tal-pjan ta’ rkupru stabbilit fl-Artikolu 46, jew fil-każ ta’ fidi ordnat ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi skont l-Artikolu 47;
(c)
il-valutazzjoni, jew il-prinċipji ta’ valutazzjoni, tat-tokens irreferenzjati ma’ assi u tal-assi ta’ riżerva meta d-dritt ta’ fidi jiġi eżerċitat mid-detentur ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi, inkluż bl-użu tal-metodoloġija tal-valutazzjoni stabbilita fl-Artikolu 36(11);
(d)
il-kundizzjonijiet għas-saldu tal-fidi; u
(e)
il-miżuri li jieħdu l-emittenti biex jimmaniġġjaw b’mod adegwat iż-żidiet jew it-tnaqqis fir-riżerva ta’ assi sabiex jevitaw kwalunkwe impatt negattiv fuq is-suq tal-assi ta’ riżerva. Jekk l-emittenti, meta jbigħu token irreferenzjat ma’ assi, jaċċettaw pagament f’fondi għajr flus elettroniċi, iddenominati f’munita uffiċjali, huma għandhom dejjem jipprovdu l-għażla li jifdu t-token f’fondi għajr flus elettroniċi, iddenominati fl-istess munita uffiċjali. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|