|
+Artikolu 51 1. |
Artikolu 51 1.White paper dwar il-kriptoassi għal token tal-flus elettroniċi għandu jkun fiha l-informazzjoni kollha li ġejja, kif speċifikat aktar fl-Anness III:
(a)
informazzjoni dwar l-emittent tat-token tal-flus elettroniċi;
(b)
informazzjoni dwar it-token tal-flus elettroniċi;
(c)
informazzjoni dwar l-offerta lill-pubbliku tat-token tal-flus elettroniċi jew l-ammissjoni tiegħu għan-negozjar;
(d)
informazzjoni dwar id-drittijiet u l-obbligi marbuta mat-token tal-flus elettroniċi;
(e)
informazzjoni dwar it-teknoloġija sottostanti;
(f)
informazzjoni dwar ir-riskji;
(g)
informazzjoni dwar l-impatti negattivi prinċipali fuq il-klima u impatti negattivi oħra relatati mal-ambjent tal-mekkaniżmu ta’ kunsens użat biex jinħareġ it-token tal-flus. Il-white paper dwar il-kriptoassi għandha tinkludi wkoll l-identità tal-persuna għajr l-emittent li joffri t-token tal-flus elettroniċi lill-pubbliku jew ifittex l-ammissjoni għan-negozjar tiegħu skont l-Artikolu 48(1), it-tieni subparagrafu, u r-raġuni għaliex dik il-persuna partikolari toffri dak it-token tal-flus elettroniċi jew tfittex l-ammissjoni għan-negozjar tiegħu. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|