+Artikolu 60 7.

Artikolu 60 7.

Għall-finijiet tal-paragrafi 1 sa 6, għandha tiġi notifikata l-informazzjoni li ġejja:

(a) 

programm tal-operazzjonijiet li jistabbilixxi t-tipi ta’ servizzi tal-kriptoassi li l-applikant ta’ servizzi tal-kriptoassi jkun biħsiebu jipprovdi, inkluż fejn u kif dawk is-servizzi għandhom jiġu kkummerċjalizzati;

(b) 

deskrizzjoni ta’:

(i) 

il-mekkaniżmi ta’ kontroll intern, il-politiki u l-proċeduri biex tiġi żgurata l-konformità mad-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li tittrasponi d-Direttiva (UE) 2015/849;

(ii) 

il-qafas tal-valutazzjoni tar-riskju għall-immaniġġjar tar-riskji tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu; u

(iii) 

il-pjan tal-kontinwità tan-negozju;

(c) 

id-dokumentazzjoni teknika tas-sistemi tal-ICT u l-arranġamenti tas-sigurtà, u deskrizzjoni tagħhom b’lingwaġġ mhux tekniku;

(d) 

deskrizzjoni tal-proċedura għas-segregazzjoni tal-kriptoassi u tal-fondi tal-klijenti;

(e) 

deskrizzjoni tal-politika tal-kustodja u tal-amministrazzjoni, meta huwa intiż li tiġi fornuta l-kustodja u l-amministrazzjoni ta’ kriptoassi f’isem il-klijenti;

(f) 

deskrizzjoni tar-regoli operattivi tal-pjattaforma ta’ negozjar u tal-proċeduri u tas-sistema biex jiġi individwat abbuż tas-suq, meta huwa intiż li tiġi operata pjattaforma ta’ negozjar għall-kriptoassi;

(g) 

deskrizzjoni tal-politika kummerċjali mhux diskriminatorja li tirregola r-relazzjoni mal-klijenti kif ukoll deskrizzjoni tal-metodoloġija biex jiġi ddeterminat il-prezz tal-kriptoassi li jipproponu għal skambju ma’ fondi jew kriptoassi oħra, meta huwa intiż li jiġu skambjati kriptoassi għal fondi jew kriptoassi oħra;

(h) 

deskrizzjoni tal-politika ta’ eżekuzzjoni, meta huwa intiż li jiġu eżegwiti ordnijiet għall-kriptoassi f’isem il-klijenti;

(i) 

evidenza li l-persuni fiżiċi li jagħtu pariri f’isem il-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi li japplika jew lijimmaniġġjaw il-portafolli f’isem il-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi li japplika jkollhom l-għarfien u l-kompetenza esperta meħtieġa biex jissodisfaw l-obbligi tagħhom, meta huwa intiż li jiġi pprovdut parir dwar il-kriptoassi jew jiġi pprovdut immaniġġjar tal-portafolli dwar il-kriptoassi;

(j) 

jekk is-servizz tal-kriptoassi jkunx relatat ma’ tokens irreferenzjati ma’ assi, tokens tal-flus elettroniċi jew kriptoassi oħra.

(k) 

informazzjoni dwar il-mod li bih se jiġu pprovduti tali servizzi ta’ trasferiment, meta tkun maħsuba biex tipprovdi servizzi ta’ trasferiment għall-kriptoassi f’isem il-klijenti.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R1114
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.