+Artikolu 70 Is-salvagwardja tal-kriptoassi u tal-fondi tal-klijenti
---+Artikolu 70 1.
---+Artikolu 70 2.
---+Artikolu 70 3.
---+Artikolu 70 4.
---+Artikolu 70 5.
|
Artikolu 70 Is-salvagwardja tal-kriptoassi u tal-fondi tal-klijenti
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 70 1.
|
Il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi li jżommu kriptoassi li jappartjenu għall-klijenti jew il-mezzi ta’ aċċess għal tali kriptoassi għandhom jagħmlu arranġamenti adegwati biex jissalvagwardjaw id-drittijiet ta’ sjieda tal-klijenti, speċjalment fil-każ tal-insolvenza tal-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi, u biex jiġi evitat l-użu tal-kriptoassi tal-klijenti għan-nom proprju tagħhom.
|
|
Artikolu 70 2.
|
Meta l-mudelli tan-negozju jew is-servizzi tal-kriptoassi tagħhom jirrikjedu ż-żamma ta’ fondi tal-klijenti għajr tokens tal-flus elettroniċi, il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi għandu jkollhom arranġamenti adegwati fis-seħħ biex jissalvagwardjaw id-drittijiet ta’ sjieda tal-klijenti u jiġi evitat l-użu tal-fondi tal-klijenti għan-nom proprju tagħhom.
|
|
Artikolu 70 3.
|
Il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi għandhom, sa tmiem il-jum ta’ negozju ta’ wara dak il-jum meta jkunu rċevew il-fondi tal-klijenti għajr tokens tal-flus elettroniċi, iqiegħdu dawk il-fondi ma’ istituzzjoni ta’ kreditu jew bank ċentrali. Il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi għandhom jieħdu l-passi kollha meħtieġa biex jiżguraw li l-fondi tal-klijenti għajr tokens tal-flus elettroniċi miżmuma ma’ istituzzjoni ta’ kreditu jew bank ċentrali jinżammu f’kont li jkun identifikabbli separatament minn kwalunkwe kont li jintuża biex jinżammu fondi li jappartjenu għall-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi.
|
|
Artikolu 70 4.
|
Il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi jistgħu huma stess, jew permezz ta’ parti terza, jfornu servizzi ta’ pagament relatati mas-servizz tal-kriptoassi li joffru, dment li l-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi nnifsu, jew il-parti terza, ikunu awtorizzati jipprovdu dawk is-servizzi skont id-Direttiva (UE) 2015/2366. Meta jiġu fornuti servizzi ta’ pagament, il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi għandhom jinformaw lill-klijenti tagħhom dwar dan kollu li ġej:
(a)
in-natura u t-termini u l-kundizzjonijiet ta’ dawk is-servizzi, inklużi r-referenzi għal-liġi nazzjonali applikabbli u għad-drittijiet tal-klijenti;
(b)
jekk dawk is-servizzi jiġux pprovduti minnhom direttament jew minn parti terza.
|
|
Artikolu 70 5.
|
Il-paragrafi 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu ma għandhomx japplikaw għal fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi li jkunu istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi, istituzzjonijiet ta’ pagament jew istituzzjonijiet ta’ kreditu.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R1114
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|