+Artikolu 95 Kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti
---+Artikolu 95 1.
---+Artikolu 95 2.
---+Artikolu 95 3.
---+Artikolu 95 4.
---+Artikolu 95 5.
---+Artikolu 95 6.
---+Artikolu 95 7.
---+Artikolu 95 8.
---+Artikolu 95 9.
---+Artikolu 95 10.
---+Artikolu 95 11.
|
Artikolu 95 Kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 95 1.
|
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkooperaw ma’ xulxin għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jassistu lill-awtoritajiet kompetenti ta’ Stati Membri oħrajn, kif ukoll lill-ESMA u lill-EBA. Huma għandhom jiskambjaw l-informazzjoni mingħajr dewmien żejjed u jikkooperaw fl-attivitajiet ta’ investigazzjoni, superviżjoni u infurzar. Meta l-Istati Membri, f’konformità mal-Artikolu 111(1), it-tieni subparagrafu, ikunu stabbilixxu penali kriminali għall-ksur ta’ dan ir-Regolament imsemmi fl-Artikolu 111(1), l-ewwel subparagrafu, huma għandhom jiżguraw li jkun hemm fis-seħħ miżuri xierqa sabiex l-awtoritajiet kompetenti jkollhom is-setgħat kollha meħtieġa biex jikkomunikaw mal-awtoritajiet ġudizzjarji, tal-prosekuzzjoni jew tal-ġustizzja kriminali fi ħdan il-ġurisdizzjoni tagħhom sabiex jirċievu informazzjoni speċifika relatata ma’ investigazzjonijiet jew ma’ proċedimenti kriminali mibdija minħabba ksur ta’ dan ir-Regolament u biex jipprovdu l-istess informazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti oħrajn kif ukoll lill-EBA u lill-ESMA, sabiex jissodisfaw l-obbligu tagħhom li jikkooperaw għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament.
|
|
Artikolu 95 2.
|
Awtorità kompetenti tista’ tirrifjuta li taġixxi b’rabta ma’ talba għal informazzjoni jew talba biex tikkoopera ma’ investigazzjoni fil-każijiet li ġejjin biss:
(a)
il-komunikazzjoni tal-informazzjoni rilevanti tista’ taffettwa b’mod negattiv is-sigurtà tal-Istat Membru indirizzat, b’mod partikolari fir-rigward tal-ġlieda kontra t-terroriżmu u reati serji oħrajn;
(b)
meta l-konformità mat-talba x’aktarx li taffettwa b’mod negattiv l-investigazzjoni, l-attivitajiet ta’ infurzar jew, meta applikabbli, investigazzjoni kriminali tagħha stess;
(c)
meta l-proċedimenti jkunu diġà nbdew fir-rigward tal-istess azzjonijiet u kontra l-istess persuni fiżiċi jew ġuridiċi quddiem il-qrati tal-Istat Membru indirizzat;
(d)
meta diġà tkun inqatgħet sentenza finali fir-rigward tal-istess azzjoni u kontra l-istess persuna fiżika jew ġuridika fl-Istat Membru indirizzat.
|
|
Artikolu 95 3.
|
L-awtoritajiet kompetenti għandhom, fuq talba, jipprovdu mingħajr dewmien żejjed kwalunkwe informazzjoni meħtieġa għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament.
|
|
Artikolu 95 4.
|
Awtorità kompetenti tista’ titlob assistenza mingħand l-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru ieħor fir-rigward ta’ spezzjonijiet jew investigazzjonijiet fuq il-post. Awtorità kompetenti rikjedenti għandha tinforma lill-EBA u lill-ESMA bi kwalunkwe talba li tkun saret skont l-ewwel subparagrafu. Meta awtorità kompetenti tirċievi talba mingħand awtorità kompetenti ta’ Stat Membru ieħor biex twettaq spezzjoni jew investigazzjoni fuq il-post, hija tista’:
(a)
twettaq l-ispezzjoni jew l-investigazzjoni fuq il-post hi stess;
(b)
tagħti permess lill-awtorità kompetenti li tkun bagħtet it-talba tipparteċipa fi spezzjoni jew investigazzjoni fuq il-post;
(c)
tagħti permess lill-awtorità kompetenti li tkun bagħtet it-talba twettaq l-ispezzjoni jew l-investigazzjoni fuq il-post hija stess;
(d)
tikkondividi kompiti speċifiċi relatati ma’ attivitajiet superviżorji mal-awtoritajiet kompetenti l-oħrajn.
|
|
Artikolu 95 5.
|
Fil-każ ta’ spezzjoni jew investigazzjoni fuq il-post imsemmija fil-paragrafu 4, l-ESMA għandha tikkoordina l-ispezzjoni jew l-investigazzjoni, meta tintalab tagħmel dan minn waħda mill-awtoritajiet kompetenti. Meta l-ispezzjoni jew l-investigazzjoni fuq il-post imsemmija fil-paragrafu 4 tikkonċerna emittent ta’ token irreferenzjat ma’ assi jew token tal-flus elettroniċi jew tikkonċerna servizzi tal-kriptoassi relatati ma’ tokens irreferenzjati ma’ assi jew tokens tal-flus elettroniċi, l-EBA għandha, meta tintalab tagħmel dan minn waħda mill-awtoritajiet kompetenti, tikkoordina l-ispezzjoni jew l-investigazzjoni.
|
|
Artikolu 95 6.
|
L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jiġbdu l-attenzjoni tal-ESMA dwar il-kwistjoni f’sitwazzjonijiet meta talba għall-kooperazzjoni, b’mod partikolari għall-iskambju ta’ informazzjoni, tkun ġiet irrifjutata jew ma tkunx ittieħdet azzjoni fuqha fi żmien raġonevoli.L-Artikolu 19(4) tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 għandu japplika f’tali sitwazzjonijiet mutatis mutandis.
|
|
Artikolu 95 7.
|
B’deroga mill-paragrafu 6 ta’ dan l-Artikolu, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jiġbdu l-attenzjoni -tal-EBA dwar il-kwistjoni f’sitwazzjonijiet meta talba għall-kooperazzjoni, b’mod partikolari għal informazzjoni, li tikkonċerna emittent ta’ token irreferenzjat ma’ assi jew token tal-flus elettroniċi jew li tikkonċerna servizzi tal-kriptoassi relatati ma’ tokens irreferenzjati ma’ assi jew tokens tal-flus elettroniċi, tkun ġiet irrifjutata jew ma tkunx ittieħdet azzjoni fuqha fi żmien raġonevoli. L-Artikolu 19(4) tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 għandu japplika f’tali sitwazzjonijiet mutatis mutandis.
|
|
Artikolu 95 8.
|
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkoordinaw mill-qrib is-superviżjoni tagħhom biex jidentifikaw u jirrimedjaw ksur ta’ dan ir-Regolament, jiżviluppaw u jippromwovu l-aħjar prattiki, jiffaċilitaw il-kollaborazzjoni, irawmu l-konsistenza fl-interpretazzjoni, u jipprovdu valutazzjonijiet transġuriżdizzjonali f’każ ta’ kwalunkwe nuqqas ta’ qbil. Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, l-EBA u l-ESMA għandhom iwettqu rwol ta’ koordinazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti u fost il-kulleġġi superviżorji kif imsemmi fl-Artikolu 119 bl-għan li jiżviluppaw kultura superviżorja komuni u prattiki superviżorji konsistenti u jiżguraw proċeduri uniformi u approċċi konsistenti.
|
|
Artikolu 95 9.
|
Meta awtorità kompetenti ssib li kwalunkwe rekwiżit mir-rekwiżiti skont dan ir-Regolament ma jkunx intlaħaq jew għandha raġun taħseb li tali huwa l-każ, għandha tinforma lill-awtorità kompetenti tal-entità jew tal-entitajiet issuspettati b’tali ksur bis-sejbiet tagħha b’mod dettaljat biżżejjed.
|
|
Artikolu 95 10.
|
L-ESMA, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-EBA, għandha tiżviluppa abbozz ta’standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika ulterjorment l-informazzjoni li għandha tiġi skambjata bejn l-awtoritajiet kompetenti skont il-paragrafu 1. L-ESMA għandha tissottometti l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji msemmi fl-ewwel subparagrafu lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Ġunju 2024. Is-setgħa hija delegata lill-Kummissjoni li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
|
|
Artikolu 95 11.
|
L-ESMA, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-EBA, għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni biex tistabbilixxi formoli, mudelli u proċeduri standard għall-kooperazzjoni u għall-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti. L-ESMA għandha tissottometti l-abbozz tal-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmi fl-ewwel subparagrafu lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Ġunju 2024. Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R1114
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|