+Artikolu 103 Setgħat ta’ intervent temporanju tal-ESMA
---+Artikolu 103 1.
---+Artikolu 103 2.
---+Artikolu 103 3.
---+Artikolu 103 4.
---+Artikolu 103 5.
---+Artikolu 103 6.
---+Artikolu 103 7.
---+Artikolu 103 8.
|
Artikolu 103 Setgħat ta’ intervent temporanju tal-ESMA
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 103 1.
|
F’konformità mal-Artikolu 9(5) tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010, l-ESMA tista’, meta l-kundizzjonijiet fil-paragrafi 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu jiġu ssodisfati, temporanjament tipprojbixxi jew tirrestrinġi:
(a)
il-kummerċjalizzazzjoni, id-distribuzzjoni jew il-bejgħ ta’ ċerti kriptoassi għajr tokens irreferenzjati ma’ assi jew tokens tal-flus elettroniċi jew kriptoassi għajr tokens irreferenzjati ma’ assi jew tokens tal-flus elettroniċi b’ċerti karatteristiċi speċifikati; jew
(b)
tip ta’ attività jew prattika relatata mal-kriptoassi għajr tokens irreferenzjati ma’ assi jew tokens tal-flus elettroniċi.
Projbizzjoni jew restrizzjoni tista’ tapplika f’ċerti ċirkostanzi, jew tkun soġġetta għal eċċezzjonijiet, speċifikati mill-ESMA.
|
|
Artikolu 103 2.
|
L-ESMA għandha tieħu miżura skont il-paragrafu 1 biss jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
(a)
il-projbizzjoni jew ir-restrizzjoni proposta tindirizza tħassib sinifikanti dwar il-protezzjoni tal-investitur jew theddida għall-funzjonament ordnat u l-integrità tas-swieq fil-kriptoassi jew għall-istabbiltà tas-sistema finanzjarja kollha fl-Unjoni jew ta’ parti minnha;
(b)
ir-rekwiżiti regolatorji skont il-liġi tal-Unjoni li huma applikabbli għall-kriptoassi u għas-servizzi tal-kriptoassi rilevanti ma jindirizzawx it-theddida in kwistjoni;
(c)
awtorità kompetenti rilevanti ma tkunx ħadet azzjoni biex tindirizza t-theddida in kwistjoni jew l-azzjonijiet li jkunu ttieħdu ma jindirizzawx dik it-theddida b’mod adegwat.
|
|
Artikolu 103 3.
|
Meta tieħu miżura skont il-paragrafu 1, l-ESMA għandha tiżgura li l-miżura:
(a)
ma jkollhiex effett detrimentali fuq l-effiċjenza tas-swieq fil-kriptoassi jew fuq id-detenturi ta’ kriptoassi jew il-klijenti li jirċievu servizzi tal-kriptoassi li jkun sproporzjonat għall-benefiċċji tal-miżura; u
(b)
ma toħloqx riskju ta’ arbitraġġ regolatorju.
Meta awtoritajiet kompetenti jkunu ħadu miżura skont l-Artikolu 105, l-ESMA tista’ tieħu kwalunkwe miżura minn dawk imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu mingħajr ma toħroġ opinjoni prevista skont l-Artikolu 106(2).
|
|
Artikolu 103 4.
|
Qabel ma tiddeċiedi li tieħu miżura skont il-paragrafu 1, l-ESMA għandha tinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti rilevanti dwar il-miżura li biħsiebha tieħu.
|
|
Artikolu 103 5.
|
L-ESMA għandha tippubblika fuq is-sit web tagħha notifika ta’ deċiżjoni biex tittieħed miżura skont il-paragrafu 1. Dik in-notifika għandha tispeċifika d-dettalji tal-projbizzjoni jew tar-restrizzjoni imposta u tispeċifika żmien wara l-pubblikazzjoni tan-notifika minn meta se jidħlu fis-seħħ il-miżuri. Projbizzjoni jew restrizzjoni għandha tapplika biss għal attivitajiet wara li l-miżura tkun daħlet fis-seħħ.
|
|
Artikolu 103 6.
|
L-ESMA għandha tirrieżamina projbizzjoni jew restrizzjoni imposta skont il-paragrafu 1 f’intervalli xierqa, u tal-anqas kull sitt xhur. Wara li tal-anqas tiġġedded darbtejn wara xulxin u abbażi ta’ analiżi xierqa li tivvaluta l-impatt fuq il-konsumaturi, l-ESMA tista’ tiddeċiedi dwar it-tiġdid annwali tal-projbizzjoni jew tar-restrizzjoni.
|
|
Artikolu 103 7.
|
Il-miżuri meħuda mill-ESMA skont dan l-Artikolu għandhom jipprevalu fuq kwalunkwe miżura preċedenti meħuda mill-awtoritajiet kompetenti rilevanti dwar l-istess kwistjoni.
|
|
Artikolu 103 8.
|
Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati skont l-Artikolu 139 biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tispeċifika l-kriterji u l-fatturi li għandhom jitqiesu mill-ESMA biex tiddetermina jekk hemmx tħassib sinifikanti dwar il-protezzjoni tal-investitur jew theddida għall-funzjonament ordnat u l-integrità tas-swieq fil-kriptoassi jew għall-istabbiltà tas-sistema finanzjarja tal-Unjoni kollha jew ta’ parti minnha għall-finijiet tal-paragrafu 2, il-punt (a), ta’ dan l-Artikolu.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R1114
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|