|
+Artikolu 111 1. |
Artikolu 111 1.Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe penali kriminali u mingħajr preġudizzju għas-setgħat superviżorji u investigattivi tal-awtoritajiet kompetenti elenkati fl-Artikolu 94, l-Istati Membri, f’konformità mal-liġi nazzjonali, għandhom jipprevedu li l-awtoritajiet kompetenti jkollhom is-setgħa li jimponu penali amministrattivi xierqa u jieħdu miżuri amministrattivi oħrajn fir-rigward ta’ mill-anqas il-ksur li ġej:
(a)
il-ksur tal-Artikoli 4 sa 14;
(b)
il-ksur tal-Artikoli 16, 17, 19, 22, 23, 25, l-Artikoli 27 sa 41, l-Artikoli 46 u 47;
(c)
il-ksur tal-Artikoli 48 sa 51, tal-Artikoli 53, 54 u 55;
(d)
il-ksur tal-Artikoli 59, 60, 64 u tal-Artikoli 65 sa 83;
(e)
il-ksur tal-Artikoli 88 sa 92;
(f)
nuqqas ta’ kooperazzjoni jew konformità ma’ investigazzjoni jew ma’ spezzjoni jew talba kif imsemmi fl-Artikolu 94(3). L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma jistabbilixxux regoli għal penali amministrattivi meta l-ksur imsemmi fl-ewwel subparagrafu, il-punti (a), (b), (c), (d) jew (e), huwa diġà soġġett għal sanzjonijiet kriminali fil-liġi nazzjonali tagħhom sat-30 ta’ Ġunju 2024. Meta jiddeċiedu hekk, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni, lill-ESMA u lill-EBA, fid-dettall, il-partijiet rilevanti tal-liġi kriminali tagħhom. Sat-30 ta’ Ġunju 2025, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni, lill-EBA u lill-ESMA, fid-dettall, ir-regoli msemmija fl-ewwel u t-tieni subparagrafi. Huma għandhom ukoll jinnotifikaw lill-Kummissjoni, lill-ESMA u lill-EBA mingħajr dewmien rigward kwalunkwe emenda sussegwenti għalihom. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|