+Artikolu 111 5.

Artikolu 111 5.

L-Istati Membri għandhom, f’konformità mal-liġi nazzjonali taghom, jiżguraw li, fil-każ tal-ksur imsemmi fil-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu, il-punt (e), l-awtoritajiet kompetenti jkollhom is-setgħa li jimponu tal-anqas il-penali amministrattivi li ġejjin u jieħdu tal-anqas il-miżuri amministrattivi li ġejjin:

(a) 

dikjarazzjoni pubblika li tindika l-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli għall-ksur u n-natura tal-ksur;

(b) 

ordni li titlob lill-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli twaqqaf l-imġiba li tikkostitwixxi l-ksur u ma tirrepetix dik l-imġiba;

(c) 

il-kostrinġiment tal-profitti miksuba jew it-telf evitat minħabba l-ksur, sa fejn dawn ikunu jistgħu jiġu ddeterminati;

(d) 

irtirar jew sospensjoni tal-awtorizzazzjoni ta’ fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi;

(e) 

projbizzjoni temporanja ta’ kwalunkwe membru tal-korp maniġerjali tal-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi, jew ta’ kwalunkwe persuna fiżika oħra li tinżamm responsabbli għall-ksur, milli jeżerċitaw funzjonijiet maniġerjali fil-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi;

(f) 

fil-każ ta’ ksur ripetut tal-Artikolu 89, 90, 91 jew 92, projbizzjoni ta’ mill-anqas 10 snin ta’ kwalunkwe membru tal-korp maniġerjali ta’ fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi, jew ta’ kwalunkwe persuna fiżika oħra li tinżamm responsabbli għall-ksur, milli jeżerċita funzjonijiet maniġerjali fil-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi;

(g) 

projbizzjoni temporanja ta’ kwalunkwe membru tal-korp maniġerjali ta’ fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi jew ta’ kwalunkwe persuna fiżika oħra li tinżamm responsabbli għall-ksur, milli tinnegozja f’isimha stess;

(h) 

multi amministrattivi massimi li tal-anqas jilħqu t-tripplu tal-ammont ta’ profitti miksuba jew it-telf evitat minħabba l-ksur, meta dawk ikunu jistgħu jiġu ddeterminati, anki jekk dan jaqbeż l-ammonti massimi stabbiliti fil-punt (i) jew (j), kif applikabbli;

(i) 

fir-rigward ta’ persuna fiżika, multi amministrattivi massimi ta’ mill-anqas EUR 1 000 000 għall-ksur tal-Artikolu 88 u EUR 5 000 000 għall-ksur tal-Artikoli 89 sa 92 jew, fl-Istati Membri li l-munita uffiċjali tagħhom ma tkunx l-euro, il-valur korrispondenti fil-munita uffiċjali fid-29 ta’ Ġunju 2023;

(j) 

fir-rigward ta’ persuni ġuridiċi, multi amministrattivi massimi ta’ mill-anqas EUR 2 500 000 għall-ksur tal-Artikolu 88 u EUR 15 000 000 għall-ksur tal-Artikoli 89 sa 92, jew 2 % għall-ksur tal-Artikolu 88 u 15 % għall-ksur tal-Artikoli 89 sa 92 tal-fatturat annwali totali tal-persuna ġuridika skont l-aħħar kontijiet disponibbli approvati mill-korp maniġerjali jew, fl-Istati Membri li l-munita uffiċjali tagħhom ma tkunx l-euro, il-valur korrispondenti fil-munita uffiċjali fid-29 ta’ Ġunju 2023.

Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-punt (j), meta l-persuna ġuridika tkun impriża omm jew sussidjarja ta’ impriża omm li jkollha l-obbligu li tipprepara r-rapporti finanzjarji konsolidati f’konformità mad-Direttiva 2013/34/UE, il-fatturat annwali totali rilevanti għandu jkun il-fatturat annwali totali jew it-tip korrispondenti ta’ introjtu f’konformità mal-liġi applikabbli tal-Unjoni fil-qasam tal-kontabbiltà skont l-aħħar kontijiet konsolidati disponibbli approvati mill-korp maniġerjali tal-impriża omm apikali.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R1114
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.