+Artikolu 114 Pubblikazzjoni tad-deċiżjonijiet
---+Artikolu 114 1.
---+Artikolu 114 2.
---+Artikolu 114 3.
---+Artikolu 114 4.
|
Artikolu 114 Pubblikazzjoni tad-deċiżjonijiet
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 114 1.
|
Deċiżjoni li timponi penali amministrattivi jew miżuri amministrattivi oħra għal ksur ta’ dan ir-Regolament f’konformità mal-Artikolu 111 għandha tkun ippubblikata mill-awtoritajiet kompetenti fuq is-siti web uffiċjali tagħhom mingħajr dewmien żejjed wara li l-persuna fiżika jew ġuridika soġġetta għal dik id-deċiżjoni tkun ġiet informata b’dik id-deċiżjoni. Il-pubblikazzjoni għandha tinkludi tal-anqas l-informazzjoni dwar it-tip u n-natura tal-ksur u l-identità tal-persuni fiżiċi jew ġuridiċi responsabbli. M’hemmx bżonn li jiġu ppubblikati deċiżjonijiet li jimponu miżuri li huma ta’ natura investigattiva.
|
|
Artikolu 114 2.
|
Meta l-pubblikazzjoni tal-identità tal-entitajiet legali jew l-identità jew id-data personali ta’ persuni fiżiċi, titqies sproporzjonata mill-awtorità kompetenti wara valutazzjoni ta’ kull każ individwali mwettqa fuq il-proporzjonalità tal-pubblikazzjoni ta’ tali data, jew meta tali pubblikazzjoni tkun tipperikola l-investigazzjoni li tkun għaddejja f’dak il-mument, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jieħdu waħda mill-azzjonijiet li ġejjin:
(a)
jiddiferixxu l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni li tiġi imposta penali amministrattiva jew miżura amministrattiva oħra sal-mument meta r-raġunijiet għan-nuqqas ta’ pubblikazzjoni ma jibqgħux jeżistu;
(b)
jippubblikaw id-deċiżjoni li timponi penali amministrattiva jew miżura amministrattiva oħra fuq bażi anonima b’mod li jkun konformi mal-liġi nazzjonali, fejn tali pubblikazzjoni anonima tiżgura protezzjoni effettiva tad-data personali kkonċernata;
(c)
ma jippubblikawx id-deċiżjoni li timponi penali amministrattiva jew miżura amministrattiva oħra fil-każ li l-għażliet previsti fil-punti (a) u (b) jitqiesu insuffiċjenti sabiex jiżguraw:
(i)
li l-istabbiltà tas-swieq finanzjarji ma tiġix ipperikolata;
(ii)
il-proporzjonalità tal-pubblikazzjoni ta’ tali deċiżjoni fir-rigward ta’ miżuri li jkunu meqjusa bħala ta’ natura minuri.
Fil-każ ta’ deċiżjoni li tippubblika penali amministrattiva jew miżura amministrattiva oħra fuq bażi anonima, kif imsemmija fl-ewwel subparagrafu, il-punt (b), il-pubblikazzjoni tad-data rilevanti tista’ tiġi differita għal perjodu raġonevoli ta’ żmien fejn huwa previst li f’dak il-perjodu r-raġunijiet għall-pubblikazzjoni anonima mhux se jibqgħu jeżistu.
|
|
Artikolu 114 3.
|
Meta d-deċiżjoni li tiġi imposta penali amministrattiva jew miżura amministrattiva oħra tiġi appellata quddiem il-qrati jew il-korpi amministrattivi rilevanti, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jippubblikaw, minnufih, it-tali informazzjoni u kwalunkwe informazzjoni sussegwenti dwar l-eżitu ta’ tali appell fuq is-sit web uffiċjali tagħhom. Barra minn dan, għandha tiġi ppubblikata wkoll kwalunkwe deċiżjoni li tannulla deċiżjoni preċedenti li timponi penali amministrattiva jew miżura amministrattiva oħra.
|
|
Artikolu 114 4.
|
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li kwalunkwe pubblikazzjoni f’konformità ma’ dan l-Artikolu tibqa’ fuq is-sit web uffiċjali tagħhom għal perjodu ta’ mill-anqas ħames snin wara li tiġi ppubblikata. Id-data personali li tkun tinsab fil-pubblikazzjoni għandha tinżamm biss fuq is-sit web uffiċjali tal-awtorità kompetenti għall-perjodu li jkun meħtieġ f’konformità mar-regoli applikabbli dwar il-protezzjoni tad-data.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R1114
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|