+Artikolu 114 2.

Artikolu 114 2.

Meta l-pubblikazzjoni tal-identità tal-entitajiet legali jew l-identità jew id-data personali ta’ persuni fiżiċi, titqies sproporzjonata mill-awtorità kompetenti wara valutazzjoni ta’ kull każ individwali mwettqa fuq il-proporzjonalità tal-pubblikazzjoni ta’ tali data, jew meta tali pubblikazzjoni tkun tipperikola l-investigazzjoni li tkun għaddejja f’dak il-mument, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jieħdu waħda mill-azzjonijiet li ġejjin:

(a) 

jiddiferixxu l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni li tiġi imposta penali amministrattiva jew miżura amministrattiva oħra sal-mument meta r-raġunijiet għan-nuqqas ta’ pubblikazzjoni ma jibqgħux jeżistu;

(b) 

jippubblikaw id-deċiżjoni li timponi penali amministrattiva jew miżura amministrattiva oħra fuq bażi anonima b’mod li jkun konformi mal-liġi nazzjonali, fejn tali pubblikazzjoni anonima tiżgura protezzjoni effettiva tad-data personali kkonċernata;

(c) 

ma jippubblikawx id-deċiżjoni li timponi penali amministrattiva jew miżura amministrattiva oħra fil-każ li l-għażliet previsti fil-punti (a) u (b) jitqiesu insuffiċjenti sabiex jiżguraw:

(i) 

li l-istabbiltà tas-swieq finanzjarji ma tiġix ipperikolata;

(ii) 

il-proporzjonalità tal-pubblikazzjoni ta’ tali deċiżjoni fir-rigward ta’ miżuri li jkunu meqjusa bħala ta’ natura minuri.

Fil-każ ta’ deċiżjoni li tippubblika penali amministrattiva jew miżura amministrattiva oħra fuq bażi anonima, kif imsemmija fl-ewwel subparagrafu, il-punt (b), il-pubblikazzjoni tad-data rilevanti tista’ tiġi differita għal perjodu raġonevoli ta’ żmien fejn huwa previst li f’dak il-perjodu r-raġunijiet għall-pubblikazzjoni anonima mhux se jibqgħu jeżistu.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R1114
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.