+Artikolu 120 Opinjonijiet mhux vinkolanti tal-kulleġġi għall-emittenti ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi sinifikanti u ta’ tokens tal-flus elettroniċi sinifikanti
---+Artikolu 120 1.
---+Artikolu 120 2.
---+Artikolu 120 3.
---+Artikolu 120 4.

Artikolu 120 Opinjonijiet mhux vinkolanti tal-kulleġġi għall-emittenti ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi sinifikanti u ta’ tokens tal-flus elettroniċi sinifikanti

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 120 1.

Kulleġġ imsemmi fl-Artikolu 119(1) jista’ joħroġ opinjoni mhux vinkolanti dwar dawn li ġejjin:

(a) 

ir-rivalutazzjoni superviżorja kif imsemmi fl-Artikolu 117(3);

(b) 

kwalunkwe deċiżjoni li tirrikjedi lil emittent ta’ token irreferenzjat ma’ assi sinifikanti jew ta’ token tal-flus elettroniċi sinifikanti jżomm ammont ogħla ta’ fondi proprji f’konformità mal-Artikolu 35(2), (3) u (5), l-Artikolu 45(5) u l-Artikolu 58(1), kif applikabbli;

(c) 

kwalunkwe aġġornament tal-pjan ta’ rkupru u tal-pjan ta’ fidi ta’ emittent ta’ token irreferenzjat ma’ assi sinifikanti jew emittent ta’ token tal-flus elettroniċi sinifikanti skont l-Artikoli 46, 47 u 55, kif applikabbli;

(d) 

kwalunkwe tibdil fil-mudell tan-negozju ta’ emittent ta’ token irreferenzjat ma’ assi sinifikanti skont l-Artikolu 25(1);

(e) 

abbozz ta’ white paper modifikata dwar il-kriptoassi mfassal f’konformità mal-Artikolu 25(2);

(f) 

kwalunkwe miżura korrettiva xierqa prevista skont l-Artikolu 25(4);

(g) 

kwalunkwe miżura superviżorja prevista skont l-Artikolu 130;

(h) 

kwalunkwe ftehim amministrattiv previst dwar skambju ta’ informazzjoni ma’ awtorità superviżorja ta’ pajjiż terz f’konformità mal-Artikolu 126;

(i) 

kwalunkwe delega ta’ kompiti superviżorji mill-EBA lil awtorità kompetenti skont l-Artikolu 138;

(j) 

kwalunkwe tibdil previst fl-awtorizzazzjoni ta’, jew kwalunkwe miżura superviżorja prevista dwar, il-membri tal-kulleġġ imsemmija fl-Artikolu 119(2), il-punti (d) sa (h);

(k) 

abbozz ta’ white paper dwar il-kriptoassi modifikata mfassal f’konformità mal-Artikolu 51(12).

Artikolu 120 2.
Meta l-kulleġġ joħroġ opinjoni f’konformità mal-paragrafu 1, fuq it-talba ta’ kwalunkwe membru tal-kulleġġ u wara adozzjoni mill-maġġoranza tal-kulleġġ f’konformità mal-paragrafu 3, l-opinjoni tista’ tinkludi kwalunkwe rakkomandazzjoni mmirata lejn l-indirizzar tan-nuqqasijiet tal-miżura prevista mill-EBA jew mill-awtoritajiet kompetenti.
Artikolu 120 3.
Opinjoni tal-kulleġġ għandha tkun adottata abbażi ta’ maġġoranza sempliċi tal-membri tiegħu.

Meta jkun hemm diversi membri tal-kulleġġ għal kull Stat Membru, wieħed biss minn dawk il-membri għandu jkollu vot.

Meta l-BĊE jkun membru tal-kulleġġ f’diversi kapaċitajiet, inklużi l-kapaċitajiet superviżorji, huwa għandu jkollu vot wieħed biss.

L-awtoritajiet superviżorji tal-pajjiżi terzi msemmija fl-Artikolu 119(2), il-punt (m), ma għandu jkollhom l-ebda dritt tal-vot fuq l-opinjoni tal-kulleġġ.

Artikolu 120 4.
L-EBA jew l-awtoritajiet kompetenti, kif applikabbli, għandhom debitament jikkunsidraw l-opinjoni mhux vinkolanti tal-kulleġġ miksuba f’konformità mal-paragrafu 3, inkluża kwalunkwe rakkomandazzjoni mmirata lejn l-indirizzar tan-nuqqasijiet tal-miżura superviżorja prevista fir-rigward ta’ emittent ta’ token irreferenzjat ma’ assi sinifikanti, emittent ta’ token tal-flus elettroniċi sinifikanti, entità jew fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi msemmija fl-Artikolu 119(2), il-punti (d) sa (h). Meta l-EBA jew awtorità kompetenti ma taqbilx ma’ opinjoni tal-kulleġġ, inkluża kwalunkwe rakkomandazzjoni mmirata sabiex jiġu indirizzati nuqqasijiet tal-miżura superviżorja prevista, id-deċiżjoni tagħha għandha tinkludi r-raġunijiet kollha u spjegazzjoni ta’ kull devjazzjoni sinifikanti minn dik l-opinjoni jew minn dawk ir-rakkomandazzjonijiet.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R1114
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.