|
+Artikolu 120 1. |
Artikolu 120 1.Kulleġġ imsemmi fl-Artikolu 119(1) jista’ joħroġ opinjoni mhux vinkolanti dwar dawn li ġejjin:
(a)
ir-rivalutazzjoni superviżorja kif imsemmi fl-Artikolu 117(3);
(b)
kwalunkwe deċiżjoni li tirrikjedi lil emittent ta’ token irreferenzjat ma’ assi sinifikanti jew ta’ token tal-flus elettroniċi sinifikanti jżomm ammont ogħla ta’ fondi proprji f’konformità mal-Artikolu 35(2), (3) u (5), l-Artikolu 45(5) u l-Artikolu 58(1), kif applikabbli;
(c)
kwalunkwe aġġornament tal-pjan ta’ rkupru u tal-pjan ta’ fidi ta’ emittent ta’ token irreferenzjat ma’ assi sinifikanti jew emittent ta’ token tal-flus elettroniċi sinifikanti skont l-Artikoli 46, 47 u 55, kif applikabbli;
(d)
kwalunkwe tibdil fil-mudell tan-negozju ta’ emittent ta’ token irreferenzjat ma’ assi sinifikanti skont l-Artikolu 25(1);
(e)
abbozz ta’ white paper modifikata dwar il-kriptoassi mfassal f’konformità mal-Artikolu 25(2);
(f)
kwalunkwe miżura korrettiva xierqa prevista skont l-Artikolu 25(4);
(g)
kwalunkwe miżura superviżorja prevista skont l-Artikolu 130;
(h)
kwalunkwe ftehim amministrattiv previst dwar skambju ta’ informazzjoni ma’ awtorità superviżorja ta’ pajjiż terz f’konformità mal-Artikolu 126;
(i)
kwalunkwe delega ta’ kompiti superviżorji mill-EBA lil awtorità kompetenti skont l-Artikolu 138;
(j)
kwalunkwe tibdil previst fl-awtorizzazzjoni ta’, jew kwalunkwe miżura superviżorja prevista dwar, il-membri tal-kulleġġ imsemmija fl-Artikolu 119(2), il-punti (d) sa (h);
(k)
abbozz ta’ white paper dwar il-kriptoassi modifikata mfassal f’konformità mal-Artikolu 51(12). 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|