+Artikolu 123 Setgħat investigattivi ġenerali
---+Artikolu 123 1.
---+Artikolu 123 2.
---+Artikolu 123 3.
---+Artikolu 123 4.
---+Artikolu 123 5.
---+Artikolu 123 6.
---+Artikolu 123 7.

Artikolu 123 Setgħat investigattivi ġenerali

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 123 1.

Sabiex twettaq r-responsabbilitajiet superviżorji tagħha previsti fl-Artikolu 117, l-EBA tista’ twettaq investigazzjonijiet dwar l-emittenti ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi sinifikanti u fuq l-emittenti ta’ tokens tal-flus elettroniċi sinifikanti. Għal dak l-għan, l-uffiċjali u persuni oħra awtorizzati mill-EBA għandu jkollhom is-setgħa li:

(a) 

jeżaminaw kwalunkwe rekord, data, proċedura u kwalunkwe materjal ieħor rilevanti għat-twettiq tal-kompiti tagħha irrispettivament mill-mezz li fuqu jkunu maħżuna;

(b) 

jieħdu jew jiksbu kopji ċċertifikati ta’ tali rekords, data, proċeduri u materjal ieħor, jew siltiet minnhom;

(c) 

isejħu u jitolbu lil kwalunkwe emittent ta’ token irreferenzjat ma’ assi sinifikanti jew emittent ta’ token tal-flus elettroniċi sinifikanti, jew lill-korp maniġerjali jew lill-persunal tagħhom, għal spjegazzjonijiet bil-fomm jew bil-miktub ta’ fatti jew dokumenti relatati mas-suġġett u mal-iskop tal-investigazzjoni u jżommu rekord tat-tweġibiet;

(d) 

jintervistaw lil kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika oħra li tagħti l-kunsens sabiex tiġi intervistata għall-finijiet tal-ġbir ta’ informazzjoni relatata mas-suġġett ta’ investigazzjoni;

(e) 

jitolbu rekords tat-traffiku tat-telefown u tad-data.

Kulleġġ kif imsemmi fl-Artikolu 119(1) għandu jiġi infurmat mingħajr dewmien żejjed dwar kwalunkwe sejba li tista’ tkun rilevanti għat-twettiq tal-kompiti tiegħu.

Artikolu 123 2.
L-uffiċjali u persuni oħrajn awtorizzati mill-EBA għall-finijiet tal-investigazzjoni imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jeżerċitaw is-setgħat tagħhom meta jipproduċu awtorizzazzjoni bil-miktub li tispeċifika s-suġġett u l-fini tal-investigazzjoni. Dik l-awtorizzazzjoni għandha tindika wkoll il-pagamenti perjodiċi tal-penali previsti fl-Artikolu 132 meta r-rekords, tad-data u tal-proċeduri meħtieġa jew ta’ kwalunkwe materjal ieħor meħtieġ, jew it-tweġibiet għall-mistoqsijiet magħmula lill-emittenti ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi sinifikanti jew lill-emittenti ta’ tokens tal-flus elettroniċi sinifikanti ma jiġux ipprovduti jew ma jkunux kompluti, kif ukoll il-multi previsti fl-Artikolu 131, meta t-tweġibiet għall-mistoqsijiet magħmula lill-emittenti ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi sinifikanti jew lill-emittenti ta’ tokens tal-flus elettroniċi sinifikanti jkunu skorretti jew qarrieqa.
Artikolu 123 3.
L-emittenti ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi sinifikanti u l-emittenti ta’ tokens tal-flus elettroniċi sinifikanti għandhom l-obbligu li jissottomettu ruħhom għal investigazzjonijiet imnedija abbażi ta’ deċiżjoni tal-EBA. Id-deċiżjoni għandha tispeċifika s-suġġett u l-fini tal-investigazzjoni, il-pagamenti perjodiċi tal-penali previsti fl-Artikolu 132, ir-rimedji legali disponibbli previsti fir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 kif ukoll id-dritt għal rieżami tad-deċiżjoni mill-Qorti tal-Ġustizzja.
Artikolu 123 4.
F’perjodu raġonevoli qabel investigazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, l-EBA għandha tinforma lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li fih trid titwettaq l-investigazzjoni dwar l-iżvolġiment tal-investigazzjoni u l-identità tal-persuni awtorizzati. L-uffiċjali tal-awtorità kompetenti kkonċernata għandhom, fuq talba tal-EBA, jassistu lil dawk il-persuni awtorizzati fil-qadi ta’ dmirijiethom. L-uffiċjali tal-awtorità kompetenti kkonċernata jistgħu, fuq talba, jattendu wkoll l-investigazzjonijiet.
Artikolu 123 5.
Jekk talba għal rekords tat-traffiku tat-telefown jew tad-data msemmija fil-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu, il-punt (e), teħtieġ awtorizzazzjoni minn qorti skont il-liġi nazzjonali applikabbli, l-EBA għandha tapplika għal tali awtorizzazzjoni. Tista’ tapplika għal din l-awtorizzazzjoni wkoll bħala miżura ta’ prekawzjoni.
Artikolu 123 6.

Meta qorti fi Stat Membru tirċievi applikazzjoni għal awtorizzazzjoni ta’ talba għal rekords tat-traffiku tat-telefown jew tad-data msemmija fil-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu, il-punt (e), dik il-qorti għandha tivverifika jekk:

(a) 

id-deċiżjoni tal-EBA msemmija fil-paragrafu 3 hijiex awtentika;

(b) 

kwalunkwe miżura li trid tittieħed hijiex proporzjonata u mhux arbitrarja jew eċċessiva.

Artikolu 123 7.
Għall-finijiet tal-paragrafu 6, il-punt (b), il-qorti tista’ titlob lill-EBA għal spjegazzjonijiet dettaljati, b’mod partikolari relatati mar-raġunijiet li jkollha l-EBA li tissuspetta li seħħ ksur ta’ dan ir-Regolament, is-serjetà tal-ksur suspettat u n-natura tal-involviment tal-persuna soġġetta għall-miżuri koerċittivi. Il-qorti ma għandhiex, madankollu, tirrieżamina l-ħtieġa għall-investigazzjoni jew titlob li għandha tiġi pprovduta bl-informazzjoni dwar il-fajl tal-EBA. Il-legalità tad-deċiżjoni tal-EBA għandha tkun soġġetta għal rieżami mill-Qorti tal-Ġustizzja biss skont il-proċedura stabbilita fir-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R1114
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.