|
+Artikolu 130 3. |
Artikolu 130 3.Meta tieħu l-miżuri msemmija fil-paragrafi 1 jew 2, l-EBA għandha tqis in-natura u s-serjetà tal-ksur, filwaqt li tqis:
(a)
it-tul ta’ żmien u l-frekwenza tal-ksur;
(b)
jekk reat finanzjarju ġiex ikkawżat, iffaċilitat jew huwiex attribwibbli b’mod ieħor għall-ksur;
(c)
jekk il-ksur ikunx żvela dgħufijiet serji jew sistemiċi fil-proċeduri, fil-politiki u fil-miżuri ta’ mmaniġġjar tar-riskju tal-emittent tat-token irreferenzjat ma’ assi sinifikanti jew tal-emittent tat-token tal-flus elettroniċi sinifikanti;
(d)
jekk il-ksur ikunx twettaq intenzjonalment jew b’negliġenza;
(e)
il-grad ta’ responsabbiltà tal-emittent tat-token irreferenzjat ma’ assi sinifikanti jew tal-emittent tat-token tal-flus elettroniċi sinifikanti responsabbli għall-ksur;
(f)
is-saħħa finanzjarja tal-emittent tat-token irreferenzjat ma’ assi sinifikanti, jew tal-emittent tat-token tal-flus elettroniċi sinifikanti, responsabbli għall-ksur, kif indikat mill-fatturat totali tal-persuna ġuridika responsabbli jew mid-dħul annwali u mill-assi netti tal-persuna fiżika responsabbli;
(g)
l-impatt tal-ksur fuq l-interessi tad-detenturi ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi sinifikanti jew ta’ tokens tal-flus elettroniċi sinifikanti;
(h)
l-importanza tal-profitti miksuba, tat-telf evitat mill-emittent tat-token irreferenzjat ma’ assi sinifikanti jew ta’ token tal-flus elettroniċi sinifikanti responsabbli għall-ksur jew tat-telf għall-partijiet terzi kkawżat mill-ksur, sa fejn dawn ikunu jistgħu jiġu ddeterminati;
(i)
il-livell ta’ kooperazzjoni tal-emittent tat-token irreferenzjat ma’ assi sinifikanti jew tal-emittent tat-token tal-flus elettroniċi sinifikanti responsabbli għall-ksur mal-EBA, mingħajr preġudizzju għall-ħtieġa li jiġi żgurat il-kostrinġiment tal-profitti miksuba jew tat-telf evitat minn dik il-persuna;
(j)
il-ksur preċedenti mill-emittent tat-token irreferenzjat ma’ assi sinifikanti jew mill-emittent tat-token tal-flus elettroniċi responsabbli għall-ksur;
(k)
il-miżuri meħuda mill-emittent tat-token irreferenzjat ma’ assi sinifikanti jew mill-emittent tat-token tal-flus elettroniċi sinifikanti wara l-ksur għall-prevenzjoni tar-ripetizzjoni ta’ tali ksur. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|