+Artikolu 131 Multi
---+Artikolu 131 1.
---+Artikolu 131 2.
---+Artikolu 131 3.
---+Artikolu 131 4.

Artikolu 131 Multi

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 131 1.

L-EBA għandha tadotta deċiżjoni li timponi multa f’konformità mal-paragrafu 3 jew 4 ta’ dan l-Artikolu meta, f’konformità mal-Artikolu 134(8), tikkonstata li:

(a) 

emittent ta’ token irreferenzjat ma’ assi sinifikanti jew membru tal-korp maniġerjali tiegħu jkun wettaq, intenzjonalment jew b’negliġenza, ksur elenkat fl-Anness V;

(b) 

emittent ta’ token tal-flus elettroniċi sinifikanti jew membru tal-korp maniġerjali tiegħu jkun wettaq, intenzjonalment jew b’negliġenza, ksur elenkat fl-Anness VI;

Ksur għandu jitqies bħala li twettaq intenzjonalment jekk l-EBA tikonstata fatturi oġġettivi li juru li tali emittent jew membru tal-korp maniġerjali tiegħu jkun aġixxa deliberatament sabiex iwettaq il-ksur.

Artikolu 131 2.

Meta tadotta deċiżjoni kif imsemmi fil-paragrafu 1, l-EBA għandha tqis in-natura u s-serjetà tal-ksur, filwaqt li tqis:

(a) 

it-tul ta’ żmien u l-frekwenza tal-ksur;

(b) 

jekk reat finanzjarju ġiex ikkawżat, iffaċilitat jew huwiex attribwibbli b’mod ieħor għall-ksur;

(c) 

jekk il-ksur ikunx żvela dgħjufijiet serji jew sistemiċi fil-proċeduri, fil-politiki u fil-miżuri ta’ mmaniġġjar tar-riskju tal-emittent tat-token irreferenzjat ma’ assi sinifikanti jew tal-emittent tat-token tal-flus elettroniċi sinifikanti;

(d) 

jekk il-ksur ikunx twettaq intenzjonalment jew b’negliġenza;

(e) 

il-grad ta’ responsabbiltà tal-emittent tat-token irreferenzjat ma’ assi sinifikanti jew tal-emittent tat-token tal-flus elettroniċi sinifikanti responsabbli għall-ksur;

(f) 

is-saħħa finanzjarja tal-emittent tat-token irreferenzjat ma’ assi sinifikanti, jew tal-emittent tat-token tal-flus elettroniċi sinifikanti, responsabbli għall-ksur, kif indikat mill-fatturat totali tal-persuna ġuridika responsabbli jew mid-dħul annwali u mill-assi netti tal-persuna fiżika responsabbli;

(g) 

l-impatt tal-ksur fuq l-interessi tad-detenturi ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi sinifikanti jew ta’ tokens tal-flus elettroniċi sinifikanti;

(h) 

l-importanza tal-profitti miksuba, tat-telf evitat mill-emittent tat-token irreferenzjat ma’ assi sinifikanti jew tat-token tal-flus elettroniċi sinifikanti responsabbli għall-ksur jew tat-telf għall-partijiet terzi kkawżat mill-ksur, sa fejn dawn ikunu jistgħu jiġu ddeterminati;

(i) 

il-livell ta’ kooperazzjoni tal-emittent tat-token irreferenzjat ma’ assi sinifikanti, jew tal-emittent tat-token tal-flus elettroniċi sinifikanti responsabbli għall-ksur mal-EBA, mingħajr preġudizzju għall-ħtieġa li jiġi żgurat il-kostrinġiment tal-profitti miksuba jew tat-telf evitat minn dik il-persuna;

(j) 

il-ksur preċedenti mill-emittent tat-token irreferenzjat ma’ assi sinifikanti jew mill-emittent tat-token tal-flus elettroniċi sinifikanti responsabbli għall-ksur;

(k) 

il-miżuri meħuda mill-emittent tat-token irreferenzjat ma’ assi sinifikanti jew mill-emittent tat-token tal-flus elettroniċi sinifikanti wara l-ksur għall-prevenzjoni tar-ripetizzjoni ta’ tali ksur.

Artikolu 131 3.
Għall-emittenti ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi sinifikanti, l-ammont massimu tal-multa msemmija fil-paragrafu 1 għandu jkun sa 12,5 % tal-fatturat annwali tagħhom fis-sena kontabilistika preċedenti, jew id-doppju tal-ammont jew tal-profitti miksuba jew tat-telf evitat minħabba l-ksur meta dawn ikunu jistgħu jiġu ddeterminati.
Artikolu 131 4.
Għall-emittenti ta’ tokens tal-flus elettroniċi sinifikanti, l-ammont massimu tal-multa msemmija fil-paragrafu 1 għandu jkun sa 10 % tal-fatturat annwali tagħhom fis-sena kontabilistika preċedenti, jew id-doppju tal-ammont jew tal-profitti miksuba jew tat-telf evitat minħabba l-ksur meta dawn ikunu jistgħu jiġu ddeterminati.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R1114
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.