+Artikolu 132 Pagamenti perjodiċi ta’ penali
---+Artikolu 132 1.
---+Artikolu 132 2.
---+Artikolu 132 3.
---+Artikolu 132 4.
|
Artikolu 132 Pagamenti perjodiċi ta’ penali
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 132 1.
|
L-EBA għandha tadotta deċiżjoni li timponi pagamenti perjodiċi ta’ penali sabiex iġġiegħel:
(a)
persuna twaqqaf l-imġiba li jikkostitwixxi ksur f’konformità ma’ deċiżjoni meħuda skont l-Artikolu 130;
(b)
persuna msemmija fl-Artikolu 122(1):
(i)
tipprovdi informazzjoni kompluta li tkun intalbet permezz ta’ deċiżjoni meħuda skont l-Artikolu 122;
(ii)
tissottometti ruħha għal investigazzjoni u, b’mod partikolari, tipproduċi rekords, data u proċeduri kompluti jew kwalunkwe materjal ieħor meħtieġ u timla u tikkoreġi informazzjoni oħra pprovduta f’investigazzjoni mnedija minn deċiżjoni meħuda skont l-Artikolu 123;
(iii)
tissottometti ruħha għal spezzjoni fuq il-post ordnata permezz ta’ deċiżjoni meħuda skont l-Artikolu 124.
|
|
Artikolu 132 2.
|
Il-pagament perjodiku ta’ penali għandu jkun effettiv u proporzjonat. Il-pagament perjodiku ta’ penali għandu jiġi impost għal kull ġurnata ta’ dewmien.
|
|
Artikolu 132 3.
|
Minkejja l-paragrafu 2, l-ammont tal-pagamenti perjodiċi ta’ penali għandu jkun 3 % tal-fatturat medju ta’ kuljum fis-sena kontabilistika preċedenti, jew, fil-każ ta’ persuni fiżiċi, 2 % tal-introjtu medju ta’ kuljum fis-sena kalendarja preċedenti. Għandu jiġi kkalkolat mid-data stabbilita fid-deċiżjoni tal-EBA li timponi l-pagament perjodiku ta’ penali.
|
|
Artikolu 132 4.
|
Pagament perjodiku ta’ penali għandu jiġi impost għal perjodu massimu ta’ sitt xhur wara n-notifika tad-deċiżjoni tal-EBA. Mat-tmiem ta’ dak il-perjodu, l-EBA għandha tirrieżamina l-miżura.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R1114
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|