|
+Artikolu 141 Rapport annwali tal-ESMA dwar l-iżviluppi tas-suq |
Artikolu 141 Rapport annwali tal-ESMA dwar l-iżviluppi tas-suqArtikolu 141 Rapport annwali tal-ESMA dwar l-iżviluppi tas-suq Sal-31 ta’ Diċembru 2025 u kull sena wara dan, l-ESMA, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-EBA, għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament u l-iżviluppi fis-swieq fil-kriptoassi. Ir-rapport għandu jitqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku. Ir-rapport għandu jkun fih dan li ġej:
(a)
in-numru ta’ ħarġiet ta’ kriptoassi fl-Unjoni, in-numru ta’ white papers dwar il-kriptoassi ppreżentati jew innotifikati lill-awtoritajiet kompetenti, it-tip ta’ kriptoassi maħruġa u l-kapitalizzazzjoni tas-suq tagħhom, u n-numru ta’ kriptoassi ammessi għan-negozjar;
(b)
in-numru ta’ emittenti ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi, u analiżi tal-kategoriji ta’ assi ta’ riżerva, id-daqs tar-riżervi tal-assi u l-volum ta’ tranżazzjonijiet f’tokens irreferenzjati ma’ assi;
(c)
in-numru ta’ emittenti ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi sinifikanti, u analiżi tal-kategoriji ta’ assi ta’ riżerva, id-daqs tar-riżervi tal-assi u l-volum ta’ tranżazzjonijiet f’tokens irreferenzjati ma’ assi sinifikanti;
(d)
in-numru ta’ emittenti ta’ tokens tal-flus elettroniċi, u analiżi tal-muniti uffiċċjali rreferenzjati mit-tokens tal-flus elettroniċi, il-kompożizzjoni u d-daqs tal-fondi ddepożitati jew investiti skont l-Artikolu 54, u l-volum ta’ pagamenti li saru f’tokens tal-flus elettroniċi;
(e)
in-numru ta’ emittenti ta’ tokens tal-flus elettroniċi sinifikanti, u analiżi tal-muniti uffiċċjali rreferenzjati mit-tokens tal-flus elettroniċi sinifikanti, u, għall-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi li joħorġu tokens tal-flus elettroniċi sinifikanti, analiżi tal-kategoriji tal-assi ta’ riżerva, id-daqs tar-riżervi ta’ assi, u l-volum tal-pagamenti li saru f’tokens tal-flus elettroniċi sinifikanti;
(f)
in-numru tal-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi, u n-numru ta’ fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi sinifikanti;
(g)
stima tan-numru ta’ residenti tal-Unjoni li jużaw jew jinvestu fi kriptoassi maħruġa fl-Unjoni;
(h)
fejn possibbli, stima tan-numru tar-residenti tal-Unjoni li jużaw jew jinvestu fi kriptoassi maħruġa barra mill-Unjoni u spjegazzjoni tad-disponibbiltà tad-data f’dak ir-rigward;
(i)
immappjar tal-lokalizzazzjoni ġeografika u l-livell ta’ kun af lill-klijent tiegħek u proċeduri ta’ diliġenza dovuta tal-klijenti ta’ skambji mhux awtorizzati li jipprovdu servizzi fil-kriptoassi għar-residenti tal-Unjoni, inkluż in-numru ta’ skambji mingħajr domiċiljazzjoni ċara u n-numru ta’ skambji li jinsabu f’ġuriżdizzjonijiet inklużi fil-lista ta’ pajjiżi terzi ta’ riskju għoli għall-finijiet tar-regoli tal-Unjoni relatati mal-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu jew fil-lista ta’ ġuriżdizzjonijiet li ma jikkooperawx għal finijiet ta’ taxxa, ikklassifikati skont il-livell ta’ konformità ma’ proċeduri adegwati fil-qasam ta’ kun af lill-klijent tiegħek;
(j)
il-proporzjon ta’ tranżazzjonijiet fil-kriptoassi li jseħħu permezz ta’ fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi jew fornitur ta’ servizz mhux awtorizzat jew bejn il-pari, u l-volum ta’ tranżazzjoni tagħhom;
(k)
in-numru u l-valur ta’ frodi, ta’ scams, ta’ hacks, tal-użu ta’ kriptoassi f’pagamenti relatati ma’ attakki ta’ ransomware, attakki ċibernetiċi, serq jew telf ta’ kriptoassi rrapportati fl-Unjoni, it-tipi ta’ mġiba frodulenti, in-numru ta’ lmenti riċevuti mill-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi u minn emittenti ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi, in-numru ta’ lmenti riċevuti mill-awtoritajiet kompetenti u s-suġġetti tal-ilmenti riċevuti;
(l)
in-numru ta’ lmenti riċevuti minn fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi, emittenti u awtoritajiet kompetenti fir-rigward ta’ informazzjoni falza u qarrieqa li tinsab fil-white papers dwar il-kriptoassi jew fil-komunikazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni, anki permezz ta’ pjattaformi tal-media soċjali;
(m)
approċċi u għażliet possibbli, ibbażati fuq l-aħjar prattiki u rapporti minn organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti, biex jitnaqqas ir-riskju taċ-ċirkomvenzjoni ta’ dan ir-Regolament, inkluż fir-rigward tal-forniment ta’ servizzi tal-kriptoassi minn atturi ta’ pajjiżi terzi fl-Unjoni mingħajr awtorizzazzjoni. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jipprovdu lill-ESMA bi kwalunkwe informazzjoni meħtieġa għat-tħejjija tar-rapport. Għall-finijiet tar-rapport, l-ESMA tista’ titlob informazzjoni mingħand l-aġenziji tal-infurzar tal-liġi. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|