+Artikolu 7 2.

Artikolu 7 2.

L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li AIFM li japplika għal awtorizzazzjoni għandu jipprovdi l-informazzjoni relatata mal-AIFM lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari tiegħu:

(a) 

informazzjoni dwar il-persuni li effettivament jiżvolġu n-negozju tal-AIFM, b’mod partikolari fir-rigward tal-funzjonijiet imsemmija fl-Anness I, inkluż:

(i) 

deskrizzjoni tar-rwol, it-titolu u l-livell ta’ superjorità ta’ dawk il-persuni;

(ii) 

deskrizzjoni tal-linji tar-rapportar u tar-responsabbiltajiet ta’ dawk il-persuni ġewwa u barra l-kumpanija tal-maniġment;

(iii) 

ħarsa ġenerali tal-ammont ta’ ħin li kull waħda minn dawk il-persuni talloka għal kull responsabbiltà;

(iv) 

deskrizzjoni tar-riżorsi umani u tekniċi li jappoġġaw l-attivitajiet ta’ dawk il-persuni;

(aa) 

l-isem ġuridiku u l-identifikatur rilevanti tal-AIFM;

(b) 

informazzjoni dwar l-identitajiet tal-azzjonisti jew il-membri tal-AIFM, kemm jekk humiex persuni diretti jew indiretti, jew persuni fiżiċi jew ġuridiċi, li jkollhom parteċipazzjoni kwalifikanti u dwar l-ammonti ta’ dawk il-parteċipazzjonijiet;

(c) 

programm ta’ attività li jistabbilixxi l-istruttura organizzattiva tal-AIFM, inkluża informazzjoni dwar kif l-AIFM għandu l-intenzjoni jikkonforma mal-obbligi tiegħu skont il-Kapitoli II, III, IV, u fejn applikabbli, il-Kapitoli V sa VIII ta’ din id-Direttiva, u mal-obbligi tiegħu skont l-Artikolu 3(1), l-Artikolu 6(1), il-punt (a), u l-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) 2019/2088 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 7 ), u deskrizzjoni dettaljata tar-riżorsi umani u tekniċi xierqa li għandhom jintużaw mill-AIFM għal dak il-għan;

(d) 

informazzjoni dwar il-linji politiċi u l-prattiċi ta’ rimunerazzjoni tal-AIFM skont l-Artikolu 13;

(e) 

informazzjoni dwar l-arranġamenti magħmula għad-delega u s-sottodelega lil partijiet terzi ta’ funzjonijiet f’konformità mal-Artikolu 20, li tal-anqas ikollha dawn li ġejjin:

(i) 

għal kull delegat:

— 
l-isem ġuridiku u l-identifikatur rilevanti tiegħu,
— 
il-ġuriżdizzjoni tal-istabbiliment tiegħu, u
— 
fejn rilevanti, l-awtorità superviżorja tiegħu;
(ii) 

deskrizzjoni dettaljata tar-riżorsi umani u tekniċi użati mill-AIFM biex:

— 
iwettaq kompiti ta’ kuljum ta’ mmaniġġar tal-portafoll jew ġestjoni tar-riskju fi ħdan l-AIFM, u
— 
jimmonitorja l-attività delegata;
(iii) 

fir-rigward ta’ kull wieħed mill-AIFs li l-AIFM jimmaniġġa jew li jkollu l-ħsieb li jimmaniġġa:

— 
deskrizzjoni qasira tal-funzjoni iddelegata tal-immaniġġar tal-portafoll, inkluż jekk tali delega bħal din tkunx delega parzjali jew sħiħa, u
— 
deskrizzjoni qasira tal-funzjoni iddelegata tal-ġestjoni tar-riskju, inkluż jekk tali delega bħal din tkunx delega parzjali jew sħiħa;
(iv) 

deskrizzjoni tal-miżuri perjodiċi ta’ diliġenza dovuta li l-AIFM għandu jwettaq biex jimmonitorja l-attività delegata.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 16.04.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32011L0061
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.