+Artikolu 37 Awtorizzazzjoni ta’ AIFMs mhux tal-UE bl-intenzjoni li jimmaniġġaw AIFs tal-UE u/jew jikkummerċjalizzaw AIFs immaniġġati minnhom fl-Unjoni f’konformità mal-Artikoli 39 jew 40
---+Artikolu 37 1.
---+Artikolu 37 2.
---+Artikolu 37 3.
---+Artikolu 37 4.
---+Artikolu 37 5.
---+Artikolu 37 6.
---+Artikolu 37 7.
---+Artikolu 37 8.
---+Artikolu 37 9.
---+Artikolu 37 10.
---+Artikolu 37 11.
---+Artikolu 37 12.
---+Artikolu 37 13.
---+Artikolu 37 14.
---+Artikolu 37 15.
---+Artikolu 37 16.
---+Artikolu 37 17.
---+Artikolu 37 18.
---+Artikolu 37 19.
---+Artikolu 37 20.
---+Artikolu 37 21.
---+Artikolu 37 22.
---+Artikolu 37 23.

Artikolu 37 Awtorizzazzjoni ta’ AIFMs mhux tal-UE bl-intenzjoni li jimmaniġġaw AIFs tal-UE u/jew jikkummerċjalizzaw AIFs immaniġġati minnhom fl-Unjoni f’konformità mal-Artikoli 39 jew 40

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 37 1.
L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li AIFMs mhux tal-UE intenzjonati li jimmaniġġaw AIF tal-UE u/jew jikkummerċjalizzaw AIF immaniġġati minnhom fl-Unjoni f’konformità mal-Artikoli 39 jew 40 jiksbu awtorizzazzjoni minn qabel mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ referenza tagħhom f’konformità ma’ dan l-Artikolu.
Artikolu 37 2.

AIFM mhux tal-UE intenzjonat li jikseb l-awtorizzazzjoni minn qabel msemmija fil-paragrafu 1, irid jikkonforma ma’ dik id-Direttiva, bl-eċċezzjoni tal-Kapitolu VI. Jekk u safejn il-konformità ma’ dispożizzjoni ta’ din id-Direttiva tkun inkompatibbli mal-konformità mal-leġislazzjoni li għalihom hu suġġett l-AIFM mhux tal-UE u/jew, l-AIF mhux tal-UE kkummerċjalizzat fl-Unjoni, l-AIFM mhux obbligat li jikkonforma ma’ dik id-dispożizzjoni tad-Direttiva jekk jista’ juri li:

(a) 

hu impossibbli li jagħqad tali konformità mal-konformità ma’ dispożizzjoni obbligatorja fil-leġiżlazzjoni li għaliha hu suġġett l-AIFM mhux tal-UE u/jew, l-AIF mhux tal-UE kkummerċjalizzat fl-Unjoni;

(b) 

il-leġislazzjoni li għaliha hu suġġett l-AIFM mhux tal-UE u/jew l-AIF mhux tal-UE tipprevedi regola ekwivalenti li jkollha l-istess fini regolatorju u li toffri l-istess livell ta’ protezzjoni għall-investituri tal-AIF rilevanti; u

(c) 

l-AIFM mhux tal-UE u/jew l-AIF mhux tal-UE jikkonformaw mar-regola ekwivalenti msemmija fil-punt (b).

Artikolu 37 3.
AIFM mhux tal-UE intenzjonat li jikseb l-awtorizzazzjoni minn qabel msemmija fil-paragrafu 1, għandu ikollu rappreżentant legali stabbilit fl-Istat Membru ta’ referenza tiegħu. Ir-rappreżentant legali għandu jkun il-punt ta’ kuntatt tal-AIFM fl-Unjoni u kull korrispondenza uffiċjali bejn l-awtoritajiet kompetenti u l-AIFM u bejn l-investituri tal-UE tal-AIF rilevanti u l-AIFM kif stipulat f’din id-Direttiva għandha sseħħ permezz ta’ dak ir-rappreżentant legali. Ir-rappreżentant legali għandu jwettaq il-funzjoni ta’ konformità relatata mal-attivitajiet ta’ mmaniġġar u kummerċjalizzazzjoni mwettqa mill-AIFM skont din id-Direttiva flimkien mal-AIFM.
Artikolu 37 4.

L-Istat Membru ta’ referenza ta’ AIFM mhux tal-UE għandu jiġi determinat kif ġej:

(a) 

jekk l-AIFM mhux tal-UE bi ħsiebu jimmaniġġa AIF tal-UE waħda biss, jew diversi AIF tal-UE stabbiliti fl-istess Stat Membru u mhux bi ħsiebu jikkummerjċalizza kwalunkwe AIF f’konformità mal-Artikoli 39 jew 40 fl-Unjoni, l-Istat Membru tad-domiċilju ta’ dak jew dawk l-AIF hu meqjus li jkun l-Istat Membru ta’ referenza u l-awtoritajiet kompetenti ta’ dan l-Istat Membru għandhom ikunu responsabbli għall-proċedura ta’ awtorizzazzjoni u għas-superviżjoni tal-AIFM;

(b) 

jekk l-AIFM mhux tal-UE bi ħsiebu jimmaniġġa diversi AIF tal-UE stabbiliti fi Stati Membri differenti u mhux bi ħsiebu jikkummerċjalizza kwalunkwe AIF f’konformità mal-Artikoli 39 jew 40 fl-Unjoni, l-Istat Membru ta’ referenza se jkun jew:

(i) 

l-Istat Membru fejn il-biċċa l-kbira tal-AIF tkun stabbilita, jew

(ii) 

l-Istat Membru fejn l-akbar ammont ta’ assi jkun qed jiġi mmaniġġat;

(c) 

jekk l-AIFM mhux tal-UE jkun bi ħsiebu jikkummerċjalizza AIF tal-UE wieħed biss fi Stat Membru wieħed biss tal-Unjoni, l-Istat Membru ta’ referenza huwa determinat kif ġej:

(i) 

jekk l-AIF ikun awtorizzat jew reġistrat fi Stat Membru, l-Istat Membru tad-domiċilju tal-AIF jew l-Istat Membru fejn l-AIFM ikun bi ħsiebu jikkummerċjalizza l-AIF,

(ii) 

jekk l-AIF ma jkunx awtorizzat jew reġistrat fi Stat Membru, l-Istat Membru fejn l-AIFM ikun bi ħsiebu jikkummerċjalizza l-AIF;

(d) 

jekk l-AIFM mhux tal-UE ikun bi ħsiebu jikkummerċjalizza AIF mhux tal-UE wieħed biss fi Stat Membru wieħed biss tal-Unjoni, l-Istat Membru ta’ referenza huwa dak l-Istat Membru;

(e) 

jekk l-AIFM mhux tal-UE ikun bi ħsiebu jikkummerċjalizza AIF tal-UE wieħed biss, imma fi Stati Membri differenti, l-Istat Membru ta’ referenza huwa determinat kif ġej:

(i) 

jekk l-AIF ikun awtorizzat jew reġistrat fi Stat Membru, l-Istat Membru tad-domiċilju tal-AIF jew l-Istat Membru fejn l-AIFM ikun bi ħsiebu jiżviluppa effettivament il-kummerċjalizzazzjoni, jew

(ii) 

jekk l-AIF ma jkunx awtorizzat jew reġistrat fi Stat Membru, l-Istat Membru fejn l-AIFM ikun bi ħsiebu jiżviluppa effettivament il-kummerċjalizzazzjoni;

(f) 

jekk l-AIFM mhux tal-UE ikun bi ħsiebu jikkummerċjalizza AIF mhux tal-UE wieħed biss, imma fi Stati Membri differenti, l-Istat Membru ta’ referenza jkun wieħed minn dawk l-Istati Membri;

(g) 

jekk l-AIFM mhux tal-UE ikun bi ħsiebu jikkummerċjalizza AIFs tal-UE fl-Unjoni, l-Istat Membru ta’ referenza huwa determinat kif ġej:

(i) 

safejn dawk l-AIFs ikunu kollha reġistrati jew awtorizzati fl-istess Stat Membru, l-Istat Membru tad-domiċilju ta’ dawk l-AIF jew l-Istat Membru fejn l-AIFM bi ħsiebu jiżviluppa effettivament il-kummerċjalizzazzjoni għall-biċċa l-kbira ta’ dawk l-AIF,

(ii) 

safejn dawk l-AIF ma jkunux kollha reġistrati jew awtorizzati fl-istess Stat Membru, l-Istat Membru fejn l-AIFM bi ħsiebu jiżviluppa effettivament il-kummerċjalizzazzjoni għall-biċċa l-kbira ta’ dawk l-AIFs;

(h) 

jekk l-AIFM mhux tal-UE bi ħsiebu jikkummerċjalizza diversi AIFs tal-UE u mhux, jew diversi AIF mhux tal-UE fl-Unjoni, l-Istat Membru ta’ referenza jkun l-Istat Membru fejn bi ħsiebu jiżviluppa effettivament il-kummerċjalizzazzjoni għall-biċċa l-kbira ta’ dawk l-AIFs.

F’konformità mal-kriterji stabbiliti fil-punti (b), (c)(i),(e), (f) u (g)(i) tal-ewwel subparagrafu, hu possibbli li jkun hemm diversi Stati Membri ta’ referenza. F’ tali każi, l-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-AIFM mhux tal-UE li bi ħsiebu jimmaniġġa AIFs tal-UE mingħajr ma jikkummerċjalizzahom u/jew jikkummerċjalizza AIFs immaniġġati minnu fl-Unjoni f’konformità mal-Artikoli 39 jew 40 iressaq talba lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kollha li huma Stati Membri ta’ referenza possibbli f’konformità mal-kriterji stabbiliti f’dawk il-punti, biex jistabbilixxu l-Istat Membru ta’ referenza tiegħu bejniethom. Dawk l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiddeċiedu b’mod konġunt fi żmien xahar mir-riċezzjoni ta’ tali talba liema minnhom se jkun l-Istat Membru ta’ referenza għat-tali AIFM mhux tal-UE. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li finalment jinħatar bħala l-Istat Membru ta’ referenza għandhom bla dewmien mhux dovut jinformaw lill-AIFM mhux tal-UE dwar din il-ħatra. Jekk l-AIFM mhux tal-UE ma jiġix informat kif dovut dwar id-deċiżjoni li tkun saret mill-awtoritajiet kompetenti rilevanti fi żmien sebat ijiem wara d-deċiżjoni jew jekk l-awtoritajiet kompetenti rilevanti ma jkunux iddeċidew fil-perijodu ta’ xahar, jista’ jagħżel Stat Membru ta’ referenza hu nnifsu skont il-kriterji stipulati f’dan il-paragrafu.

L-AIFM għandu jkun jista’ jipprova l-intenzjoni tiegħu li jiżviluppa effettivament il-kummerċjalizzazzjoni fi’Stat Membru partikolari billi jiżvela l-istrateġija ta’ kummerċjalizzazzjoni tiegħu lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru indikat minnu.

Artikolu 37 5.
L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li AIFM mhux tal-UE li bi ħsiebu jimmaniġġa AIF tal-UE mingħajr ma jikkummerċjalizzahom u/jew jikkummerċjalizza AIFs immaniġġat minnu fl-Unjoni f’konformità mal-Artikoli 39 jew 40 għandu jressaq talba għal awtorizzazzjoni lill-Istat Membru ta’ referenza tiegħu.

Wara li jirċievu l-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk il-mod kif l-AIFM ikun stabbilixxa l-Istat Membru ta’ referenza tiegħu jikkonformawx mal-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 4. Jekk l-awtoritajiet kompetenti jikkunsidraw li dan ma jkunx il-każ, għandhom jirrifjutaw it-talba għal awtorizzazzjoni tal-AIFM mhux tal-UE, waqt li jispjegaw ir-raġunijiet għar-rifjut tagħhom. Jekk l-awtoritajiet kompetenti jikkunsidraw li l-kriterju tal-paragrafu 4 jkunu ġew rispettati, għandhom jinnotifikaw lill-AETS u jitolbu parir dwar il-valutazzjoni tagħhom. Fin-notifika tagħhom lill-AETS, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jipprovdu lill-AETS bil-ġustifikazzjoni mill-AIFM għall-valutazzjoni tiegħu rigward l-Istat Membru ta’ referenza u bl-informazzjoni dwar l-istrateġija ta’ kummerċjalizzazzjoni tal-AIFM.

Fi żmien xahar minn meta tkun irċiviet in-notifika msemmija fit-tieni subparagrafu, l-AETS għandha toħroġ parir lill-awtoritajiet kompetenti rilevanti dwar il-valutazzjoni tagħhom dwar l-Istat Membru ta’ referenza f’konformità mal-kriterji stipulati fil-paragrafu 4. L-AETS għandha tagħti parir negattiv biss fil-każ li tikkunsidra li l-kriterji tal-paragrafu 4 ma jkunux ġew rispettati.

It-terminu msemmi fl-Artikolu 8(5) għandu jiġi sospiż waqt id-deliberazzjoni mill-AETS f’konformità ma’ dan il-paragrafu.

Jekk l-awtoritajiet kompetenti jipproponu li jagħtu awtorizzazzjoni li tmur kontra l-parir tal-AETS imsemmi fit-tielet subparagrafu għandhom jinformaw lill-AETS, waqt li jiddikjaraw ir-raġunijiet tagħhom. L-AETS għandha tippubblika l-fatt li l-awtoritajiet kompetenti ma jikkonformawx jew mhux bi ħsiebhom tikkonformaw mal-parir tagħha. L-AETS tista’ tiddeċiedi wkoll, skont il-każ individwali, li tippublika r-raġunijiet mogħtija mill-awtoritajiet kompetenti biex ma tikkonformawx ma’ dak il-parir. L-awtoritajiet kompetenti kkonċernati għandhom jirċievu preavviż dwar publikazzjoni ta’ dan it-tip.

Jekk l-awtoritajiet kompetenti jipproponu li jagħtu awtorizzazzjoni li tmur kontra l-parir tal-AETS imsemmi fit-tielet subparagrafu u l-AIFM ikun bi ħsiebu jikkummerċjalizza unitajiet jew ishma tal-AIFs immaniġġati minnu fi Stati Membri oħra li mhumiex l-Istat Membru ta’ referenza, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ referenza għandhom jinformaw ukoll lill-awtoritajiet kompetenti ta’ dawk l-Istati Membri dwar dan, waqt li jiddikjaraw ir-raġunijiet tagħhom. Safejn ikun applikabbli, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ referenza għandhom jinformaw ukoll lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-AIF immaniġġat mill-AIFM dwar dan, waqt li jiddikjaraw ir-raġunijiet tagħhom.

Artikolu 37 6.
Fejn awtorità kompetenti ta’ Stat Membru ma taqbilx mad-determinazzjoni tal-Istat Membru ta’ riferenza mill-AIFM, l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati jistgħu jirriferu l-kwestjoni lill-AETS li tista’ tieħu azzjoni skont is-setgħat konferiti lilha a tenur tal-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
Artikolu 37 7.

Mingħajr ħsara għal dak li stipulat fil-paragrafu 8, ma għandha tingħata l-ebda awtorizzazzjoni sakemm ma jiġux sodisfatti l-kundizzjonijiet addizzjonali segwenti:

(a) 

l-Istat Membru ta’ riferenza huwa indikat mill-AIFM skont il-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 4 u appoġġjat mill-iżvelar tal-istrateġija tal-kummerċjalizzazzjoni, u l-proċedura stabbilita fil-paragrafu 5 ġiet segwita mill-awtoritajiet kompetenti;

(b) 

l-AIFM ħatar rappreżentant legali stabbilit fl-Istat Membru ta’ domiċilju tagħha;

(c) 

ir-rappreżentant legali għandu, flimkien mal-AIFM, ikun il-persuna li magħha jsir kuntatt għall-AIFM non-UE għall-investituri tal-AIF relevanti, għall-AETS u għall-awtoritajiet kompetenti f’dak li għandu x’jaqsam mal-attivitajiet li għalihom l-AIFM huwa awtorizzat fl-Unjoni u għandu jkun tal-anqas ekwipaġġat biżżejjed ħalli jaqdi l-funzjoni ta’ konformità skont din id-Direttiva;

(d) 

ikunu jeżistu arranġamenti ta’ koperazzjoni xierqa bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ referenza, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-AIF kkonċernat fl-UE, u l-awtoritajiet superviżorji tal-pajjiż terz fejn hu stabbilit l-AIF mhux tal-UE sabiex jiġi żgurat tal-anqas skambju effiċjenti ta’ informazzjoni li jippermetti lill-awtoritajiet kompetenti jwettqu dmirijiethom f’konformita’ ma’ din id-Direttiva;

▼M9

(e) 

il-pajjiż terz fejn hu stabbilit l-AIFM mhux tal-UE ma jiġix identifikat bħala pajjiż terz b’riskju għoli skont l-Artikolu 9(2) tad-Direttiva (UE) 2015/849;

(f) 

il-pajjiż terz fejn hu stabbilit l-AIFM mhux tal-UE jkun iffirma ftehim mal-Istat Membru ta’ referenza, li jikkonforma kompletament mal-istandards stabbiliti fl-Artikolu 26 tal-Mudell ta’ Konvenzjoni dwar it-Taxxa tal-OECD fuq id-Dħul u l-Kapital u jiżgura skambju effettiv ta’ informazzjoni fi kwistjonijiet fiskali, inkluż kwalunkwe ftehim multilaterali dwar it-taxxa, u dak il-pajjiż terz ma jissemmiex fl-Anness I tal-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-lista riveduta tal-UE tal-ġuriżdizzjonijiet li ma jikkooperawx għal finijiet tat-taxxa.

▼B

(g) 

l-eżerċizzju effettiv mill-awtoritajiet kompetenti tal-funzjonijiet tagħhom ta’ superviżjoni skont din id-Direttiva ma huwa mfixkel mil-liġijiet, ir-regolamenti jew id-dispożizzjonijiet amministrattivi ta’ pajjiż terz dwar l-AIFM, u lanqas mil-limitazzjonijiet fis-setgħat ta’ superviżjoni u ta’ investigazzjoni tal-awtoritajiet ta’ superviżjoni ta’ dak il-pajjiż terz.

Fejn awtorità kompetenti ta’ Stat Membru ieħor ma taqbilx mal-valutazzjoni li tkun saret dwar l-applikazzjoni tal-punti (a) sa (e) u (g) ta’ dan il-paragrafu mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ riferenza tal-AIFM, l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati jistgħu jirriferu l-kwestjoni lill-AETS li tista’ taġixxi skont it-termini tas-setgħat mogħtija lilha skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Fejn awtorità kompetenti ta’ AIFM tal-UE ma tidħolx fl-arranġament rikjest ta’ kooperazzjoni kif stabbilit fil-punt (d) ta’ dan il-paragrafu fi żmien raġonevoli, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ riferenza jistgħu jirriferu l-kwestjoni lill-AETS li tista’ taġixxi skont is-setgħat ikkonferiti lilha fl-Artikolu 19 ta’ dan ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Jekk pajjiż terz fejn ikun stabbilit AIFM mhux tal-UE jiġi identifikat bħala pajjiż terz b’riskju għoli skont l-Artikolu 9(2) tad-Direttiva (UE) 2015/849, kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu, il-punt (e), jew jiżdied mal-Anness I tal-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-lista riveduta tal-UE ta’ ġuriżdizzjonijiet mhux kooperattivi għal finijiet ta’ taxxa, kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu, il-punt (f), wara ż-żmien tal-awtorizzazzjoni tal-AIFM mhux tal-UE, l-AIFM mhux tal-UE għandu, fi żmien xieraq, jieħu tali miżuri li huma meħtieġa biex tiġi rrettifikata s-sitwazzjoni fir-rigward tal-AIFs li jimmaniġġa, filwaqt li jitqiesu l-interessi tal-investituri. Dak il-perjodu ma għandux ikun itwal minn sentejn.

Artikolu 37 8.

L-awtorizzazzjonijiet għandhom iseħħu skont id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu II li għandhom japplikaw mutatis mutandis suġġett għall-kundizzjoniiet li ġejjin:

(a) 

l-informazzjoni li għaliha hemm referenza fl-Artikolu 7(2) għandha tkun supplimentata b’dan li ġej:

(i) 

ġustifikazzjoni mill-AIFM tal-valutazzjoni li tkun għamlet dwar l-Istat Membru ta’ riferenza f’konformità mal-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 4 bl-informazzjoni dwar l-istrateġija tal-kummerċjalizzazzjoni,

(ii) 

elenku ta’ dawk id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva li l-AIFM ma jistax jottempera ruħu magħhom billi tali ottemperanza tkun, skont il-paragrafu 2, inkompatibbli mal-ottemperanza ma’ dispożizzjoni mandatorja fil-liġi li huma suġġetti għaliha l-AIFM mhux tal-UE jew l-AIF tal-UE kkumerċjaliżżat fl-Unjoni,

(iii) 

evidenza bil-miktub imsejsa fuq l-istandards tekniċi żviluppati mill-AETS li l-liġi tal-pajjiż terz relevanti tipprovdi għal regoli ekwivalenti għad-dispożizzjonijiet li l-konformità magħhom tkun impossibbli, li għandha l-istess skop regolatorju u toffri l-istess livell ta’ protezzjoni lill-investituri tal-AIF relevanti u li l-AIFM jikkonforma ma’ dik ir-regola ekwivalenti; tali evidenza bil-miktub tkun appoġġjata minn opinjoni ġuridika dwar l-eżistenza ta’ dispożizzjoni relevanti mandatorja inkompatibbli fil-liġi tal-pajjiż terz u tkun tinkludi deskrizzjoni tal-iskop regolatorju u n-natura tal-protezzjoni tal-investitur li tkun tipprefiġġi li tikseb, u

(iv) 

l-isem tar-rappreżentant legali tal-AIFM u l-post fejn ikun stabbilit;

(b) 

l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 7(3) tista’ tkun limitata għall-AIFs tal-UE li l-AIFM ikollu intenzjoni jimmaniġġa u, għal dawk l-AIFs immaniġġati mill-AIFM li jkollu intenzjoni jikkumerċjaliżża fl-Unjoni mingħajr passaport;

(c) 

il-punt (a) tal-Artikolu 8(1) għandu jkun mingħajr ħsara għall-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu;

(d) 

il-punt (e) tal-Artikolu 8(1) ma japplikax;

(e) 

it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 8(5) għandu jinqara bħala referenza għall-“informazzjoni msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 37(8)”.

Fejn awtorità kompetenti ta’ Stat Membru ma taqbilx mal-awtorizzazzjoni mogħtija mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ riferenza mill-AIFM, l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati jistgħu jirriferu l-kwestjoni lill-AETS li tista’ tieħu azzjoni skont is-setgħat konferiti lilha mill-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 37 9.
Jekk l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ riferenza jikkunsidraw li l-AIFM jista’ joqgħod biss fuq il-paragrafu 2 għaliex ikun eżenti mill-konformità ma’ ċerti dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva, dawn għandhom mingħajr dewmien mhux ġustifikat jinnotifikaw lill-AETS b’dan. Għandhom isaħħu din il-valutazzjoni bl-informazzjoni mogħtija mill-AIFM skont il-punti (a)(ii) u (iii) tal-paragrafu 8.

Fi żmien xahar mir-riċezzjoni tan-notifika msemmija fl-ewwel s-subparagrafu, l-AETS għandha toħroġ parir lill-awtoritajiet kompetenti dwar l-applikazzjoni tal-eżenzjoni mill-konformità mad-Direttiva kkwawżata mill-inkompatbilità skont il-paragrafu 2. Il-parir jista’ b’mod partikolari jindirizza jekk il-kundizzjonijiet għal tali eżenzjoni jidhrux li huma sodisfatti skont l-informazzjoni mogħtija mill-AIFM skont il-punti (a)(ii) u (iii)tal-paragrafu 8 u skont l-istandards tekniċi regolatorji dwar l-ekwivalenza. L-AETS għandha tfittex li tibni kultura u prattiċi superviżorji konsistenti Ewropej komuni, u għandha tiżgura li jkun hemm approċċi konsistenti bejn l-awtoritjiet kompetenti f’dak li għandu x’jaqsam mal-applikazzjoni ta’ dan il-paragrafu.

It-terminu msemmi fl-Artikolu 8(5) għandu jiġi sospiż waqt l-eżami mill-AETS f’konformità ma’ dan il-paragrafu.

Jekk l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri ta’ riferenza jipproponu li jagħtu awtorizzazzjoni li tmur kontra l-parir tal-AETS imsemmi fit-tieni subparagrafu għandhom jinformaw lill-AETS, waqt li jiddikjaraw ir-raġunijiet tagħhom. L-AETS għandha tippubblika l-fatt li l-awtoritajiet kompetenti ma tikkonformawx jew mhux bi ħsiebhom jikkonformaw ma’ dak il-parir. L-AETS tista’ tiddeċiedi wkoll, skont il-każ individwali, li tippublika r-raġunijiet mogħtija mill-awtoritajiet kompetenti biex ma tikkonformax ma’ dak il-parir. L-awtoritajiet kompetenti kkonċernati għandhom jirċievu preavviż dwar tali publikazzjoni.

Jekk l-awtoritajiet kompetenti jipproponu li jagħtu awtorizzazzjoni li tmur kontra l-parir tal-AETS imsemmi fit-tieni subparagrafu u l-AIFM ikun bi ħsiebu jikkummerċjalizza unitajiet jew ishma tal-AIFs immaniġġati minnu fi Stati Membri oħra apparti l-Istat Membru ta’ referenza, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ referenza għandhom jinformaw ukoll lill-awtoritajiet kompetenti ta’ dawk l-Istati Membri dwar dan, waqt li jiddikjaraw ir-raġunijiet tagħhom.

Fejn awtorità kompetenti ta’ Stat Membru ma taqbilx mal-valutazzjoni magħmula mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ riferenza mill-AIFM, l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati jistgħu jirriferu l-kwestjoni lill-AETS li tista’ tieħu azzjoni skont is-setgħat konferiti lilha a tenur tal-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 37 10.
L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ riferenza għandu mingħajr dewmien mhux ġustifikat jinforma lill-AETS dwar l-eżitu tal-proċess inizjali ta’ awtorizzazzjoni, dwar kull bidla fl-awtorizzazzjoni tal-AIFM u kull irtirar tal-awtorizzazzjoni.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinfurmaw lill-AETS dwar l-applikazzjonijiet għal awtorizzazzjoni li jkunu rriġettaw, billi jagħtu d-data dwar l-AIFM li tkun talbet l-awtorizzazzjoni u r-raġunijiet għar-riġett. L-AETS għandha żżomm reġistru ċentrali ta’ dik id-data, li għandu jkun disponibbli għall-awtoritajiet kompetenti, meta jagħmlu talba għalih. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jittrattaw din l-informazzjoni bħala kunfidenzjali.

Artikolu 37 11.
Id-determinazzjoni tal-Istat Membru ta’ riferenza ma għandux jintlaqat mill-iżvilupp ulterjuri tan-negozju tal-AIFM fl-Ewropa. Madanakollu, fejn, l-AIFM jibdel l-istrateġija tiegħu ta’ kummerċjalizzazzjoni fi żmien sentejn mill-awtorizzazzjoni inizjali u dik il-bidla tkun affettwat id-determinazzjoni tal-Istat Membru ta’ riferenza jekk l-istrateġija ta’ kummerċjalizzazzjoni modifikata kien fl-istrateġija inizjali ta’ kummerċjalizzazzjoni, l-AIFM għandu jinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ riferenza oriġinali bil-bidla qabel ma jeżegwiha u għandu jindika lill-Istat Membru tiegħu ta’ riferenza f’konformità mal-kriterji msemmija fil-paragrafu 4 u msejsin fuq l-istrateġija l-ġdida. L-AIFM għandu jiġġustifika l-valutazzjoni tiegħu billi jiżvela l-istrateġija l-ġdida tiegħu tal-kummerċjalizzazzjoni lill-Istat Membru ta’ riferenza oriġinali tiegħu. Fl-istess waqt, l-AIFM għandu jagħti informazzjoni dwar ir-rappreżentant legali tiegħu, inkluż l-isem u l-post fejn ikun reġistrat. Ir-rappreżentant legali għandu jkun stabbilit fl-Istat Membru ta’ riferenza.

L-Istat Membru ta’ riferenza oriġinali għandu jivvaluta jekk id-determinazzjoni tal-AIFM skont it-termini tal-ewwel subparagrafu hijiex korretta u għandu jinnotifika lill-AETS b’ dan. L-AETS għandha toħroġ parir fuq il-valutazzjoni magħmula mill-awtoritajiet kompetenti. Fin-notifika tagħhom lill-AETS, l-awtoritajiet kompetenit għandhom jipprovdu l-ġustifikazzjoni mill-AIFM għall-valutazzjoni tiegħu dwar l-Istat Membru ta’ referenza u b’ informazzjoni dwar l-istrateġija l-ġdida ta’ kummerċjalizzazzjoni tal-AIFM.

Fi żmien xahar mir-riċezzjoni tan-notifika msemmija fit-tieni subparagrafu, l-AETS għandha toħroġ parir lill-awtoritjiet kompetetnti relevanti dwar il-valutazzoni tagħha. L-AETS għandha tagħti parir negattiv biss fejn tikkunsidra li l-kriterji msemmija fil-paragrafu 4 ma jkunux ġew rispettati.

Wara li jkunu rċevew il-parir tal-AETS skont it-tielet subparagrafu, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ riferenza oriġinali għandhom jinfurmaw lill-AIFM mhux tal-UE, lir-rappreżentant legali oriġinali u lill-AETS dwar id-deċiżjoni tagħha.

Jekk l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ riferenza oriġinali jaqbel mal-valutazzjoni magħmula mill-AIFM, għandu mbagħad jgħarraf ukoll lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ riferenza l-ġdid dwar il-bidla. L-Istat Membru oriġinali ta’ riferenza għandu mingħajr dewmien mhux ġustifikat jittrasferixxi kopja tal-awtorizzazzjoni u l-faxxiklu ta’ superviżjoni tal-AIFM lill-Istat Membru ta’ riferenza l-ġdid. Mill-mument tat-trażmissjoni tal-awtorizzazzjoni u l-faxxiklu ta’ superviżjoni, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ referenza l-ġdid ikunu kompetenti għall-proċedura ta’ awtorizzazzjoni u għas-superviżjoni tal-AIFM.

Fejn il-valutazzjoni finali tal-awtoritajiet kompetenti tkun kontra l-parir tal-AETS imsemmi fis-subparagrafu 3:

(a) 

l-awtoritajiet kompetenti għandhom jinfurmaw lill-AETS dwar l-istess, u jagħtu r-raġunijiet. L-AETS għandha tippubblika l-fatt li awtorità kompetenti ma tikkonformax jew mhix bi ħsiebha tikkonforma mal-parir tagħha. L-AETS tista’ tiddeċiedi wkoll, skont il-każ individwali, li tippublika r-raġunijiet mogħtija mill-awtoritajiet kompetenti biex ma tikkonformax ma’ dak il-parir. L-awtoritajiet kompetenti kkonċernati għandhom jirċieva preavviż dwar publikazzjoni ta’ dan it-tip;

(b) 

fejn l-AIFM jikkummerċjalizza unitajiet jew ishma tal-AIF immaniġġat minnu fi Stati Membri oħra apparti l-Istat Membru ta’ riferenza oriġinali, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ riferenza oriġinali għandhom jinformaw ukoll lill-awtoritajiet kompetenti ta’ dawk l-Istati Membri dwar dan, waqt li jiddikjaraw ir-raġunijiet tagħhom. Safejn ikun applikabbli, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ referenza għandhom jinformaw ukoll lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-riferenza tal-AIF immaniġġat mill-AIFM dwar dan, waqt li jiddikjaraw ir-raġunijiet tagħhom.

Artikolu 37 12.
Jekk ikun jidher mill-kors kurrenti tal-iżvilupp tan-negozju tal-AIFM fl-Unjoni fi żmien sentejn mill-awtorizzazzjoni relattiva li l-istrateġija ta’ kummerċjalizzazzjoni kif ippreżentata mill-AIFM fil-mument tal-awtorizzazzjoni relattiva ma kinitx segwita, jew li min-naħa tal-AIFM saru dikjarazzjonijiet foloz dwarha, jew li l-AIFM ma kienx f’konformita’ mal-paragrafu 11 meta bidel l-istrateġija tal-kummerċjalizzazzjoni, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ riferenza oriġinali għandhom jitlobu lill-AIFM jindika l-Istat Membru ta’ riferenza abbażi tal-istrateġija ta’ kummerċjalizzazzjoni kurrenti. Il-proċedura msemmija fil-paragrafu 11 għandha tapplika mutatis mutandis. Jekk min-naħa tal-AIFM ma jkunx hemm ottemperanza mar-rikjesta tal-awtoritajiet kompetenti, allura dawn għandhom jirtiraw l-awtorizzazzjoni relattiva.

Jekk min-naħa tal-AIFM ikun hemm bidla fl-istrateġija ta’ kummerċjalizzazzjoni wara t-terminu msemmi fil-paragrafu 11, u jkun irid jibdel l-Istat Membru ta’ riferenza tiegħu abbażi tal-istrateġija ta’ kummerċjalizzazzjoni l-ġdida tiegħu, l-AIFM ikun jista’ jippreżenta rikjesta li jibdel l-Istat Membru ta’ riferenza tiegħu lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ riferenza oriġinali. Il-proċedura msemmija fil-paragrafu 11 għandha tapplika mutatis mutandis.

Fejn awtorità kompetenti ta’ Stat Membru ma taqbilx mal-valutazzjoni tal-Istat Membru ta’ riferenza skont il-paragrafu 11 jew skont dan il-paragrafu, l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati jistgħu jirriferu l-kwestjoni lill-AETS li tista’ tieħu azzjoni skont is-setgħat konferiti lilha a tenur tal-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 37 13.
Kull tilwima li jista’ jkun hemm bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ riferenza tal-AIFM u l-AIFM għandha tiġi riżolta f’konformità mal-liġi u suġġett għall-ġurisdizzjoni tal-Istat Membru ta’ riferenza.

Kull tilwima bejn l-AIFM jew l-AIF u l-investituri tal-UE tal-AIF relevanti għandha tkun riżolta f’konformità mal-liġi u suġġett għall-ġurisdizzjoni ta’ Stat Membru.

Artikolu 37 14.
Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni bl-iskop li tispeċifika l-proċedura li għandha tiġi segwita mill-Istat Membru ta’ riferenza possibbli hi u tiddetermina liema għandu jkun l-Istat Membru ta’ riferenza dawk l-Istati Membri l-oħra skont it-tieni subparagrafu tal-paragrafu 4. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 59(2).
Artikolu 37 15.
Il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta’ atti ddelegati skont l-Artikolu 56 u suġġett għall-kundizzjonijiet tal-Artikoli 57 u 58, miżuri rigward l-arranġamenti ta’ koperazzjoni msemmija fil-punt (d) tal-paragrafu 7 sabiex jitfassal qafas komuni li jiffaċilita l-istabbiliment ta’ dawk l-arranġamenti ta’ kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi.
Artikolu 37 16.
Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi ta’ dan l-Artikolu, l-AETS għandha tiżviluppa linji gwida biex tistabbilixxi l-kundizzjonijiet ta’ applikazzjoni tal-miżuri adottati mill-Kummissjoni rigward l-arranġamenti ta’ koperazzjoni msemmija fil-punt (d) tal-paragrafu 7.
Artikolu 37 17.
L-AETS għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji biex tistabbilixxi l-kontenut minimu tal-arranġamenti ta’ koperazzjoni msemmijin fil-punt (d) tal-paragrafu 7sabiex tiżgura li kemm l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ riferenza u kemm dawk tal-Istat Membru ospitanti jirċievu biżżejjed informazzjoni biex ikunu jistgħu jeżerċitaw is-setgħat superviżorji u investigatorji tagħhom skont din id-Direttiva.

Qiegħda tiġi ddelegata s-setgħa lill-Kummissjoni biex tadotta standards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f’konformita’ mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010

Artikolu 37 18.
Bil-għan li tiġi garantita armonizzazzjoni konsistenti ma’ dan l-Artikolu, l-AETS għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika l-proċeduri għall-koordinament u l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ riferenza u dawk tal-Istat Membru ospitanti tal-AIFM.

Qiegħda tiġi ddelegata s-setgħa lill-Kummissjoni biex tadotta standards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont it-termini tal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 37 19.
Fil-każ li awtorità kompetenti ta’ Stat Membru tirrifjuta talba biex tiskambja informazzjoni f’konformità ma’ dak li hu stabbilit fl-istandards tekniċi stipulati fil-paragrafu 17, l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati jistgħu jirriferu l-kwestjoni lill-AETS li tista’ tieħu azzjoni skont is-setgħat mogħtija lilha skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
Artikolu 37 20.
F’konformità mal-Artikolu 29 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010, l-AETS għandha tippromwovi skambju bilaterali u multilaterali effikaċi ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ riferenza tal-AIFM mhux tal-UE u l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri ospitanti tal-AIFM li jkun, b’rispett sħiħ lejn id-dispożizzjoni applikabbli ta’ kunfidenzjalità u protezzjoni tad-data msemmijin fil-leġiżlazzjoni relevanti tal-Unjoni.
Artikolu 37 21.

F’konformita’ mal-Artikolu 31 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010), l-AETS għandha twettaq ir-rwol ta’ kordinament ġenerali bejn l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ riferenza tal-AIFM mhux tal-UE u l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri ospitanti tal-AIFM li jkun. B’mod partikolari, l-AETS tista’:

(a) 

tiffaċilita l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti konċernati;

(b) 

tiddetermina l-ambitu tal-informazzjoni li l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ riferenza għandha tagħti lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri ospitanti kkonċernati;

(c) 

tieħu l-miżuri kollha xierqa f’każ ta’ żviluppi li għandu mnejn jipperikolaw l-funzjonament tas-swieq finanzjarji bl-iskop li jkun iffaċilitat il-kordinament tal-azzjonijiet meħudin mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ referenza u l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri ospitanti b’relazzjoni mal-AIFMs mhux tal-UE.

Artikolu 37 22.
Bl-iskop li tkun żgurata l-uniformità fil-kundizzjonijiet ta’ applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu, l-AETS tista’ tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi ta’ eżekuzzjoni ħalli jkunu ddeterminati l-forma u l-kontenut tar-rikjesta msemmija fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 12.

Il-Kummissjoni qiegħda tingħata s-setgħa biex tadotta standards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 37 23.

Bl-iskop li tkun żgurata l-applikazzjoni uniformi ta’ dan l-Artikolu, l-AETS għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji dwar dan li ġej:

(a) 

il-mod li bih l-AIFM għandha tottempera ruħha mar-rekwiżiti msemmijin f’din id-Direttiva, billi tqis li l-AIFM hija stabbilita f’pajjiż terz. B’mod partikolari, il-preżentazzjoni tal-informazzjoni rikjesta fl-Artikoli 22 sa 24.

(b) 

il-kundizzjonijiet taħt liema l-liġi li għaliha l-AIFM mhux tal-UE u/jew l-AIF mhux tal-UE jkunu suġġetti tkun ikkunsidrata li tipprovdi għal regola ekwivalenti bl-istess skop ta’ regolamentazzjoni u li toffri l-istess livell ta’ protezzjoni għall-investituri tal-AIF rilevanti;

Qiegħda tiġi ddelegata s-setgħa lill-Kummissjoni biex tadotta standards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f’konformita’ mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 16.04.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32011L0061
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.