+Artikolu 37 12.
|
Artikolu 37 12.
Jekk ikun jidher mill-kors kurrenti tal-iżvilupp tan-negozju tal-AIFM fl-Unjoni fi żmien sentejn mill-awtorizzazzjoni relattiva li l-istrateġija ta’ kummerċjalizzazzjoni kif ippreżentata mill-AIFM fil-mument tal-awtorizzazzjoni relattiva ma kinitx segwita, jew li min-naħa tal-AIFM saru dikjarazzjonijiet foloz dwarha, jew li l-AIFM ma kienx f’konformita’ mal-paragrafu 11 meta bidel l-istrateġija tal-kummerċjalizzazzjoni, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ riferenza oriġinali għandhom jitlobu lill-AIFM jindika l-Istat Membru ta’ riferenza abbażi tal-istrateġija ta’ kummerċjalizzazzjoni kurrenti. Il-proċedura msemmija fil-paragrafu 11 għandha tapplika mutatis mutandis. Jekk min-naħa tal-AIFM ma jkunx hemm ottemperanza mar-rikjesta tal-awtoritajiet kompetenti, allura dawn għandhom jirtiraw l-awtorizzazzjoni relattiva. Jekk min-naħa tal-AIFM ikun hemm bidla fl-istrateġija ta’ kummerċjalizzazzjoni wara t-terminu msemmi fil-paragrafu 11, u jkun irid jibdel l-Istat Membru ta’ riferenza tiegħu abbażi tal-istrateġija ta’ kummerċjalizzazzjoni l-ġdida tiegħu, l-AIFM ikun jista’ jippreżenta rikjesta li jibdel l-Istat Membru ta’ riferenza tiegħu lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ riferenza oriġinali. Il-proċedura msemmija fil-paragrafu 11 għandha tapplika mutatis mutandis. Fejn awtorità kompetenti ta’ Stat Membru ma taqbilx mal-valutazzjoni tal-Istat Membru ta’ riferenza skont il-paragrafu 11 jew skont dan il-paragrafu, l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati jistgħu jirriferu l-kwestjoni lill-AETS li tista’ tieħu azzjoni skont is-setgħat konferiti lilha a tenur tal-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 16.04.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32011L0061
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|