+Artikolu 25 1
|
Artikolu 25 1
1. L-atti legali adottati fuq il-bażi tat-Trattati jew, fi kwistjonijiet relatati mal-operat tal-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni, ir-regoli interni stabbiliti minn dawn tal-aħħar jistgħu jirrestrinġu l-applikazzjoni tal-Artikoli 14 sa 22, 35, u 36 kif ukoll l-Artikolu 4 sa fejn id-dispożizzjonijiet tiegħu jikkorrispondu għad-drittijiet u għall-obbligi previsti fl-Artikoli 14 sa 22, meta t-tali restrizzjoni tirrispetta l-essenza tad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali u tkun miżura neċessarja u proporzjonata f’soċjetà demokratika sabiex tissalvagwardja:
|
(a)
|
is-sigurtà nazzjonali, is-sigurtà pubblika jew id-difiża tal-Istati Membri;
|
|
(b)
|
il-prevenzjoni, l-investigazzjoni, id-detezzjoni u l-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta’ pieni kriminali, inklużi s-salvagwardji kontra u l-prevenzjoni ta’ theddidiet għas-sigurtà pubblika;
|
|
(c)
|
objettivi importanti oħrajn ta’ interess pubbliku ġenerali tal-Unjoni jew ta’ Stat Membru, b’mod partikolari l-objettivi tal-politika estera u ta’ sigurtà komuni tal-Unjoni jew interess ekonomiku jew finanzjarju importanti tal-Unjoni jew ta’ Stat Membru, inkluż kwistjonijiet monetarji, baġitarji u fiskali, is-saħħa pubblika u s-sigurtà soċjali;
|
|
(d)
|
is-sigurtà interna tal-istituzzjonijiet u tal-korpi tal-Unjoni, inklużi n-netwerks tal-komunikazzjonijiet elettroniċi tagħhom;
|
|
(e)
|
il-protezzjoni tal-indipendenza ġudizzjarja u l-proċedimenti ġudizzjarji;
|
|
(f)
|
il-prevenzjoni, l-investigazzjoni, id-detezzjoni u l-prosekuzzjoni ta’ ksur ta’ etika għal professjonijiet regolati;
|
|
(g)
|
funzjoni ta’ monitoraġġ, ta’ ispezzjoni jew funzjoni regolatorja marbuta, anki jekk okkażjonalment, mal-eżerċitar ta’ awtorità uffiċjali f’każijiet imsemmija fil-punti (a) sa (c);
|
|
(h)
|
il-protezzjoni tas-suġġett tad-data jew id-drittijiet u l-libertajiet ta’ persuni oħrajn;
|
|
(i)
|
l-infurzar ta’ pretensjonijiet skont id-dritt ċivili.
|
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 21.11.2018 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018R1725
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|