+Artikolu 79 Informazzjoni li għandha tkun disponibbli għas-suġġett tad-data jew li għandha tingħata lilu
---+Artikolu 79 1
---+Artikolu 79 2
---+Artikolu 79 3

Artikolu 79 Informazzjoni li għandha tkun disponibbli għas-suġġett tad-data jew li għandha tingħata lilu

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 79 1

1.   Il-kontrollur għandu jagħmel disponibbli għas-suġġett tad-data tal-anqas l-informazzjoni li ġejja:

(a)

l-identità u d-dettalji ta’ kuntatt tal-korp, uffiċċju jew aġenzija tal-Unjoni;

(b)

id-dettalji ta’ kuntatt tal-uffiċjal tal-protezzjoni tad-data;

(c)

il-finijiet tal-ipproċessar li għalihom id-data personali operazzjonali tkun intenzjonata;

(d)

id-dritt li jitressaq ilment quddiem il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data u d-dettalji ta’ kuntatt tiegħu;

(e)

l-eżistenza tad-dritt li jintalbu mingħand il-kontrollur l-aċċess għal data personali operazzjonali u r-rettifika jew it-tħassir tagħha, u r-restrizzjoni tal-ipproċessar ta’ data personali operazzjonali, dwar is-suġġett tad-data.

Artikolu 79 2

2.   Minbarra l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, il-kontrollur għandu jagħti lis-suġġett tad-data, fil-każijiet speċifiċi previsti mil-liġi tal-Unjoni, l-informazzjoni ulterjuri li ġejja biex ikun jista’ jeżerċita d-drittijiet tiegħu:

(a)

il-bażi legali għall-ipproċessar;

(b)

il-perjodu li għalih se tinħażen id-data personali operazzjonali, jew, meta ma jkunx possibbli, il-kriterji użati biex jiġi ddeterminat dak il-perjodu;

(c)

meta jkun applikabbli, il-kategoriji tar-riċevituri tad-data personali operazzjonali, inkluż f’pajjiż terz jew organizzazzjonijiet internazzjonali;

(d)

meta jkun meħtieġ, aktar informazzjoni, b’mod partikolari f’każ li d-data personali operazzjonali tinġabar mingħajr ma jkun jaf is-suġġett tad-data.

Artikolu 79 3

3.   Il-kontrollur jista’ jittardja, jirrestrinġi jew iħalli barra l-għoti tal-informazzjoni lis-suġġett tad-data skont il-paragrafu 2 sa fejn, u dment li, tali miżura tikkostitwixxi miżura meħtieġa u proporzjonata f’soċjetà demokratika bir-rispett dovut tad-drittijiet fundamentali u l-interessi leġittimi tal-persuna fiżika kkonċernata, sabiex:

(a)

ikun evitat li jiġu mfixkla inkjesti, investigazzjonijiet jew proċeduri uffiċjali jew legali;

(b)

ikun evitat preġudizzju għall-prevenzjoni, id-detezzjoni, l-investigazzjoni jew il-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta’ pieni kriminali;

(c)

titħares is-sigurtà pubblika tal-Istati Membri;

(d)

titħares is-sigurtà nazzjonali tal-Istati Membri;

(e)

jitħarsu d-drittijiet u l-libertajiet ta’ oħrajn, bħal vittmi u xhieda.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 21.11.2018 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018R1725
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.