+Artikolu 82 Dritt ta’ rettifika jew tħassir ta’ data personali operazzjonali u restrizzjoni tal-ipproċessar
---+Artikolu 82 1
---+Artikolu 82 2
---+Artikolu 82 3
---+Artikolu 82 4
---+Artikolu 82 5
---+Artikolu 82 6

Artikolu 82 Dritt ta’ rettifika jew tħassir ta’ data personali operazzjonali u restrizzjoni tal-ipproċessar

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 82 1

1.   Is-suġġett tad-data għandu jkollu d-dritt li jikseb mingħand il-kontrollur, mingħajr dewmien bla bżonn, ir-rettifika ta’ data personali operazzjonali li tikkonċernah li ma tkunx preċiża. Filwaqt li jitqiesu l-finijiet tal-ipproċessar, is-suġġett tad-data għandu jkollu d-dritt li d-data personali operazzjonali mhux kompluta tiġi kkompletata, inkluż billi jipprovdi dikjarazzjoni supplementari.

Artikolu 82 2

2.   Il-kontrollur għandu jħassar id-data personali operazzjonali mingħajr dewmien bla bżonn u s-suġġett tad-data għandu d-dritt li jikseb mill-kontrollur it-tħassir tad-data personali operazzjonali li tikkonċernah mingħajr dewmien bla bżonn meta l-ipproċessar isir bi ksur tal-Artikoli 71, 72(1) jew 76, jew meta d-data personali operazzjonali tkun trid titħassar sabiex ikun hemm konformità ma’ obbligu legali li għalih il-kontrollur ikun soġġett.

Artikolu 82 3

3.   Minflok it-tħassir, il-kontrollur għandu jirristrinġi l-ipproċessar meta:

(a)

il-preċiżjoni tad-data personali tiġi kkontestata mis-suġġett tad-data u l-preċiżjoni jew l-impreċiżjoni tagħha ma tistax tkun aċċertata; jew

(b)

id-data personali trid tinżamm għal finijiet ta’ evidenza.

Meta l-ipproċessar ikun ristrett skont il-punt (a) tal-ewwel subparagrafu, il-kontrollur għandu jinforma lis-suġġett tad-data qabel ma jneħħi r-restrizzjoni tal-ipproċessar.

Data ristretta għandha tiġi pproċessata biss għall-fini li tkun impediet it-tħassir tagħha.

Artikolu 82 4

4.   Il-kontrollur għandu jinforma lis-suġġett tad-data bil-miktub bi kwalunkwe rifjut ta’ rettifika jew tħassir ta’ data personali operazzjonali jew jirristrinġi l-ipproċessar u bir-raġunijiet għar-rifjut. Il-kontrollur jista’ jirrestrinġi, b’mod sħiħ jew parzjalment, l-għoti ta’ tali informazzjoni sa fejn tali restrizzjoni tikkostitwixxi miżura meħtieġa u proporzjonata f’soċjetà demokratika, bir-rispett dovut għad-drittijiet fundamentali u tal-interessi leġittimi tal-persuna fiżika kkonċernata sabiex:

(a)

ikun evitat li jiġu mfixkla inkjesti, investigazzjonijiet jew proċeduri uffiċjali jew legali;

(b)

ikun evitat preġudizzju għall-prevenzjoni, l-investigazzjoni, id-detezzjoni, jew il-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta’ pieni kriminali;

(c)

titħares is-sigurtà pubblika tal-Istati Membri;

(d)

titħares is-sigurtà nazzjonali tal-Istati Membri;

(e)

jitħarsu d-drittijiet u l-libertajiet ta’ oħrajn, bħal vittmi u xhieda.

Il-kontrollur għandu jinforma lis-suġġett tad-data bil-possibbiltà li jressaq ilment quddiem il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data jew li jitlob rimedju ġudizzjarju fil-Qorti tal-Ġustizzja.

Artikolu 82 5

5.   Il-kontrollur għandu jikkomunika r-rettifika ta’ data personali operazzjonali impreċiża lill-awtorità kompetenti li minnha tkun oriġinat id-data personali operazzjonali impreċiża.

Artikolu 82 6

6.   Il-kontrollur għandu, meta d-data personali operazzjonali tkun ġiet rettifikata jew imħassra jew l-ipproċessar ikun ġie ristrett skont il-paragrafi 1, 2 jew 3, jinnotifika lir-riċevituri u jinformahom li għandhom jirrettifikaw jew iħassru d-data personali operazzjonali jew jirrestrinġu l-ipproċessar tad-data personali operazzjonali taħt ir-responsabbiltà tagħhom.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 21.11.2018 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018R1725
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.