+Artikolu 87 Proċessur
---+Artikolu 87 1
---+Artikolu 87 2
---+Artikolu 87 3
---+Artikolu 87 4
---+Artikolu 87 5

Artikolu 87 Proċessur

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 87 1

1.   Meta l-ipproċessar ikun se jsir f’isem kontrollur, il-kontrollur għandu juża biss proċessuri li jagħtu garanziji suffiċjenti biex jiġu implimentati miżuri tekniċi u organizzattivi xierqa b’tali mod li l-ipproċessar jissodisfa r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament u l-att legali li jistabbilixxi kostitwenti tal-kontrollur u jiżgura l-protezzjoni tad-drittijiet tas-suġġett tad-data.

Artikolu 87 2

2.   Il-proċessur m’għandux jimpjega proċessur ieħor mingħajr l-awtorizzazzjoni bil-miktub, speċifika jew ġenerali, minn qabel mill-kontrollur. Fil-każ tal-awtorizzazzjoni ġenerali bil-miktub, il-proċessur għandu jgħarraf lill-kontrollur bi kwalunkwe intenzjoni ta’ tibdil rigward iż-żieda jew is-sostituzzjoni ta’ proċessuri oħrajn, biex b’hekk jagħti l-opportunità lill-kontrollur joġġezzjona għal tali tibdiliet.

Artikolu 87 3

3.   L-ipproċessar minn proċessur għandu jkun regolat b’kuntratt jew att legali ieħor taħt il-liġi tal-Unjoni, jew il-liġi ta’ Stat Membru, li jorbot lill-proċessur fir-rigward tal-kontrollur u li jistabbilixxi l-materja u t-tul tal-ipproċessar, in-natura u l-fini tal-ipproċessar, it-tip ta’ data personali operazzjonali u l-kategoriji tas-suġġetti tad-data u l-obbligi u d-drittijiet tal-kontrollur. Dak il-kuntratt jew att legali ieħor għandu jistipula, b’mod partikolari, li l-proċessur:

(a)

jaġixxi biss fuq istruzzjonijiet mill-kontrollur;

(b)

jiżgura li l-persuni awtorizzati biex jipproċessaw id-data personali operazzjonali jkunu impenjaw ruħhom li jżommu l-kunfidenzjalità jew li jkunu taħt obbligu statutorju adatt ta’ kunfidenzjalità;

(c)

jassisti lill-kontrollur permezz ta’ kwalunkwe mezz xieraq biex tiġi żgurata l-konformità mad-dispożizzjonijiet dwar id-drittijiet tas-suġġett tad-data;

(d)

fuq l-għażla tal-kontrollur, iħassar jew jirritorna d-data personali operazzjonali kollha lill-kontrollur wara li jintemm il-forniment ta’ servizzi relatati mal-ipproċessar, u jħassar il-kopji eżistenti sakemm il-liġi tal-Unjoni jew il-liġi ta’ Stat Membru ma tirrikjedix li d-data personali operazzjonali tinħażen;

(e)

jagħmel disponibbli għall-kontrollur kull informazzjoni meħtieġa biex tintwera l-konformità mal-obbligi mniżżla f’dan l-Artikolu;

(f)

jikkonforma mal-kundizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2 u f’dan il-paragrafu biex jingaġġa proċessur ieħor.

Artikolu 87 4

4.   Il-kuntratt jew l-att legali l-ieħor imsemmi fil-paragrafu 3 għandu jkun bil-miktub, inkluż f’forma elettronika.

Artikolu 87 5

5.   Jekk proċessur jikser dan ir-Regolament jew l-att legali li jistabbilixxi l-kontrollur billi jiddetermina l-finijiet u l-mezzi tal-ipproċessar, il-proċessur għandu jitqies bħala kontrollur fir-rigward ta’ dak l-ipproċessar.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 21.11.2018 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018R1725
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.