4. Meta l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data jkun tal-opinjoni li l-ipproċessar intenzjonat imsemmi fil-paragrafu 1 se jikser dan ir-Regolament jew l-att legali li jistabbilixxi l-korp, l-uffiċċju jew l-aġenzija tal-Unjoni, b’mod partikolari meta l-kontrollur ma jkunx identifika jew taffa r-riskju b’mod suffiċjenti, il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandu jipprovdi parir bil-miktub lill-kontrollur fi żmien perjodu ta’ mhux aktar minn sitt ġimgħat minn meta tasal it-talba għall-konsultazzjoni. Dak il-perjodu jista’ jiġi estiż b’xahar, b’kont meħud tal-kumplessità tal-ipproċessar intenzjonat. Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandu jinforma lill-kontrollur bi kwalunkwe estensjoni bħal din fi żmien xahar minn meta tasal it-talba għall-konsultazzjoni, flimkien mar-raġunijiet għad-dewmien.