+Artikolu 90 Konsultazzjoni minn qabel mal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data
---+Artikolu 90 1
---+Artikolu 90 2
---+Artikolu 90 3
---+Artikolu 90 4

Artikolu 90 Konsultazzjoni minn qabel mal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 90 1

1.   Il-kontrollur għandu jikkonsulta mal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data qabel ma jsir ipproċessar li jkun se jifforma parti minn sistema ġdida ta’ arkivjar li tkun se tinħoloq, meta:

(a)

valutazzjoni tal-impatt fuq il-protezzjoni tad-data kif previst skont l-Artikolu 89 tindika li l-ipproċessar jirriżulta f’riskju għoli fin-nuqqas ta’ miżuri meħuda mill-kontrollur biex jittaffa r-riskju; jew

(b)

it-tip ta’ pproċessar, b’mod partikolari, meta jkunu qed jintużaw teknoloġiji, mekkaniżmi jew proċeduri ġodda, jinvolvi riskju għoli għad-drittijiet u l-libertajiet tas-suġġetti tad-data.

Artikolu 90 2

2.   Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data jista’ jistabbilixxi lista tal-attivitajiet ta’ pproċessar li huma soġġetti għal konsultazzjoni minn qabel skont il-paragrafu 1.

Artikolu 90 3

3.   Il-kontrollur għandu jipprovdi lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data bil-valutazzjoni tal-impatt fuq il-protezzjoni tad-data msemmija skont l-Artikolu 89 u, fuq talba, bi kwalunkwe informazzjoni oħra li tippermetti lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data jivvaluta l-konformità tal-ipproċessar u b’mod partikolari r-riskji għall-protezzjoni tad-data personali operazzjonali tas-suġġett tad-data u tas-salvagwardji relatati.

Artikolu 90 4

4.   Meta l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data jkun tal-opinjoni li l-ipproċessar intenzjonat imsemmi fil-paragrafu 1 se jikser dan ir-Regolament jew l-att legali li jistabbilixxi l-korp, l-uffiċċju jew l-aġenzija tal-Unjoni, b’mod partikolari meta l-kontrollur ma jkunx identifika jew taffa r-riskju b’mod suffiċjenti, il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandu jipprovdi parir bil-miktub lill-kontrollur fi żmien perjodu ta’ mhux aktar minn sitt ġimgħat minn meta tasal it-talba għall-konsultazzjoni. Dak il-perjodu jista’ jiġi estiż b’xahar, b’kont meħud tal-kumplessità tal-ipproċessar intenzjonat. Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandu jinforma lill-kontrollur bi kwalunkwe estensjoni bħal din fi żmien xahar minn meta tasal it-talba għall-konsultazzjoni, flimkien mar-raġunijiet għad-dewmien.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 21.11.2018 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018R1725
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.