+Artikolu 91 Sigurtà tal-ipproċessar ta’ data personali operazzjonali
---+Artikolu 91 1
---+Artikolu 91 2

Artikolu 91 Sigurtà tal-ipproċessar ta’ data personali operazzjonali

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 91 1

1.   Il-kontrollur u l-proċessur għandhom, b’kont meħud tal-aħħar żviluppi tekniċi, l-ispejjeż tal-implimentazzjoni u n-natura, l-ambitu, il-kuntest u l-finijiet tal-ipproċessar kif ukoll ir-riskji ta’ probabbiltà u gravità li jvarjaw għad-drittijiet u l-libertajiet ta’ persuni fiżiċi, jimplimentaw miżuri tekniċi u organizzattivi adatti sabiex jiżguraw livell ta’ sigurtà adegwat għar-riskju, b’mod partikolari fir-rigward tal-ipproċessar ta’ kategoriji speċjali ta’ data personali operazzjonali.

Artikolu 91 2

2.   Fil-każ tal-ipproċessar awtomatizzat, il-kontrollur u l-proċessur għandhom, wara evalwazzjoni tar-riskji, jimplimentaw miżuri mfasslin sabiex:

(a)

jiċħdu l-aċċess lil persuni mhux awtorizzati għal tagħmir li jipproċessa d-data użat għall-ipproċessar (“kontroll tal-aċċess għat-tagħmir”);

(b)

jimpedixxu l-qari, l-ikkupjar, il-modifika jew it-tneħħija mhux awtorizzati tal-mezzi tad-data (“kontroll tal-mezzi tad-data”);

(c)

jimpedixxu li tiddaħħal data personali operazzjonali b’mod mhux awtorizzat kif ukoll l-ispezzjoni, il-modifika jew it-tħassir mhux awtorizzati ta’ data personali operazzjonali maħżuna (“kontroll tal-konservazzjoni”);

(d)

jimpedixxu l-użu ta’ sistemi awtomatizzati ta’ pproċessar minn persuni mhux awtorizzati bl-użu ta’ tagħmir għall-komunikazzjoni tad-data (“kontroll tal-utent”);

(e)

jiżguraw li l-persuni awtorizzati biex jużaw sistema awtomatizzata ta’ pproċessar ikollhom aċċess biss għad-data personali operazzjonali koperta mill-awtorizzazzjoni għall-aċċess tagħhom (“kontroll tal-aċċess għad-data”);

(f)

jiżguraw li jkun possibbli li jiġu vverifikati u stabbiliti l-korpi li lilhom tkun intbagħtet jew tista’ tintbagħat jew issir disponibbli data personali operazzjonali bl-użu ta’ komunikazzjoni tad-data (“kontroll tal-komunikazzjoni”);

(g)

jiżguraw li jkun sussegwentement possibbli li jiġi vverifikat u stabbilit liema data personali operazzjonali tkun iddaħħlet f’sistemi tal-ipproċessar awtomatizzat tad-data, u meta u min ikun daħħal id-data personali operazzjonali (“kontroll tad-dħul”);

(h)

jimpedixxu l-qari, l-ikkupjar, il-modifika jew it-tħassir mhux awtorizzati ta’ data personali operazzjonali waqt it-trasferiment tad-data personali operazzjonali jew waqt it-trasportazzjoni tal-mezzi tad-data (“kontroll tat-trasport”);

(i)

jiżguraw li s-sistemi installati jistgħu, fil-każ ta’ interruzzjoni, jiġu rkuprati (“irkupru”);

(j)

jassigura li l-funzjonijiet tas-sistema jaħdmu, li s-sejbien ta’ żbalji fil-funzjonijiet jiġi rrappurtat (“affidabbiltà”) u li d-data personali operazzjonali maħżuna ma tistax tiġi korrotta permezz ta’ funzjonament ħażin tas-sistema (“integrità”).

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 21.11.2018 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018R1725
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.