|
+Artikolu 2 Kamp ta’ applikazzjoni u regoli għal skambji bejn l-istituzzjonijiet ---+Article 2 1. ---+Article 2 2. ---+Article 2 3. ---+Article 2 4. |
Artikolu 2 Kamp ta’ applikazzjoni u regoli għal skambji bejn l-istituzzjonijietArtikolu 2 Kamp ta’ applikazzjoni u regoli għal skambji bejn l-istituzzjonijiet (1) Għall-finijiet tar-Regolament implimentattiv, l-iskambji bejn l-awtoritajiet u l-istituzzjonijiet tal-Istati Membri u l-persuni koperti mir-Regolament bażiku għandhom ikunu bbażati fuq il-prinċipji tas-servizz pubbliku, l-effiċjenza, l-assistenza attiva, il-forniment rapidu u l-aċċessibbiltà, inkluża l-aċċessibbiltà elettronika, b’mod partikolari għal persuni b’diżabbiltà u għall-anzjani. (2) L-istituzzjonijiet għandhom mingħajr dewmien jipprovdu jew jiskambjaw id-data kollha meħtieġa biex jiġu stabbiliti u ddeterminati d-drittijiet u l-obbligi ta’ persuni koperti mir-Regolament bażiku. Data bħal din għandha tiġi trasferita bejn l-Istati Membri direttament mill-istituzzjonijiet infishom jew indirettament permezz tal-korpi ta’ kollegament. (3) Fejn bi żvista persuna tkun ippreżentat informazzjoni, dokumenti jew talbiet lil istituzzjoni fit-territorju ta’ Stat Membru divers minn dak fejn tinsab l-istituzzjoni nominata taħt ir-Regolament implimentattiv, l-informazzjoni, id-dokumenti jew it-talbiet għandhom jerġgħu jiġu ppreżentati mingħajr dewmien mill-istituzzjoni ta’ qabel lill-istituzzjoni nominata taħt ir-Regolament implimentattiv, waqt li tiġi indikata d-data li fiha huma ġew ippreżentati inizjalment. Din id-data għandha tkun obbligatorja għall-istituzzjoni tal-aħħar. Madankollu, l-istituzzjonijiet ta’ Stat Membru m’għandhomx jinżammu responsabbli jew jitqiesu li jkunu ħadu deċiżjoni minħabba li naqsu li jaġixxu bħala riżultat ta’ trasmissjoni tardiva ta’ informazzjoni, dokumenti jew talbiet minn istituzzjonijiet ta’ Stati Membri oħrajn. (4) Fejn id-data tiġi trasferita indirettament permezz tal-korp ta’ kollegament tal-Istat Membru ta’ destinazzjoni, l-iskadenzi ta’ żmien fir-rigward ta’ tweġibiet għal talbiet għandhom jibdew mid-data ta’ meta dan il-korp ta’ kollegament ikun irċieva t-talba, daqslikieku din tkun waslet għand l-istituzzjoni f’dak l-Istat Membru. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|