|
+Artikolu 14 Dettalji relatati mal-Artikoli 12 u 13 tar-Regolament bażiku ---+Article 14 1. ---+Article 14 2. ---+Article 14 3. ---+Article 14 4. ---+Article 14 5. ---+Article 14 5a. ---+Article 14 5b. ---+Article 14 6. ---+Article 14 7. ---+Article 14 8. ---+Article 14 9. ---+Article 14 10. ---+Article 14 11. |
Artikolu 14 Dettalji relatati mal-Artikoli 12 u 13 tar-Regolament bażikuArtikolu 14 Dettalji relatati mal-Artikoli 12 u 13 tar-Regolament bażiku (1) Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 12(1) tar-Regolament bażiku, “Persuna li twettaq attività bħala persuna impjegata fi Stat Membru f’isem il-prinċipal tagħha, liema prinċipal normalment iwettaq l-attivitajiet tiegħu hemmhekk, u li tintbagħat mill-prinċipal tagħha fi Stat Membru ieħor” għandha tinkludi persuna li tiġi reklutata bil-ħsieb li tintbagħat biex taħdem fi Stat Membru ieħor, sakemm, immedjatament qabel il-bidu tal-impjieg tagħha, il-persuna kkonċernata tkun diġà suġġetta għal-leġislazzjoni tal-Istat Membru li fih ikun stabbilit il-prinċipal tagħha. (2) Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 12(1) tar-Regolament bażiku, il-kliem “li normalment iwettaq l-attivitajiet tiegħu hemmhekk” għandhom jirriferu għal persuna li tħaddem li ordinarjament twettaq attivitajiet sostanzjali, minbarra attivitajiet purament interni ta’ ġestjoni, fit-territorju tal-Istat Membru li fih tali persuna tkun stabbilita, b’kont meħud tal-kriterji kollha li jikkaratterizzaw l-attivitajiet imwettqa mill-impriża kkonċernata. Il-kriterji relevanti għandhom ikunu adatti għall-karatteristiċi speċifiċi ta’ kull min iħaddem u għan-natura vera tal-attivitajiet imwettqa. (3) Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 12(2) tar-Regolament bażiku, il-kliem “li normalment twettaq attività bħala persuna li taħdem għal rasha” għandhom jirriferu għal persuna li abitwalment twettaq attivitajiet sostanzjali fit-territorju tal-Istat Membru li fih tali persuna tkun stabbilita. B’mod partikolari, dik il-persuna għandha tkun diġà qed twettaq l-attività tagħha għal xi żmien qabel id-data meta hija tkun tixtieq tieħu vantaġġ mid-dispożizzjonijiet ta’ dak l-Artikolu, matul kwalunkwe perijodu ta’ attività temporanja fi Stat Membru ieħor, għandha tkompli tissodisfa, fl-Istat Membru fejn hija stabbilita, ir-rekwiżiti għat-twettiq tal-attività tagħha sabiex hija tkun tista’ twettaqha meta tirritorna. (4) Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 12(2) tar-Regolament bażiku, il-kriterju biex jiġi ddeterminat jekk l-attività li persuna li taħdem għal rasha tmur twettaq fi Stat Membru ieħor hijiex “simili” għall-attività li hija normalment twettaq meta taħdem għal rasha għandu jkun dak tan-natura reali tal-attività, aktar milli tal-kwalifika tal-attività bħala dik ta’ persuna impjegata jew dik ta’ persuna li taħdem għal rasha li tista’ tingħata lil din l-attività mill-Istat Membru l-ieħor. (5) Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 13(1) tar-Regolament bażiku, persuna li “normalment twettaq attività bħala persuna impjegata f’żewġ Stati Membri jew aktar” għandha tirreferi għal persuna li simultanjament, jew b’alterazzjoni, għall-istess impriża jew persuna li tħaddem jew għal bosta impriżi jew persuni li jħaddmu, teżerċita attività waħda jew aktar separatament f’żewġ Stati Membri jew aktar. (5a) Għall-finijiet tal-applikazzjoni tat-Titolu II tar-Regolament bażiku, “uffiċċju rreġistrat jew post tan-negozju” għandu jirreferi għall-uffiċċju rreġistrat jew post tan-negozju fejn id-deċiżjonijiet essenzjali tal-impriża huma adottati u fejn jitwettqu l-funzjonijiet tal-amministrazzjoni ċentrali tagħha. Għall-finijiet tal-Artikolu 13(1) tar-Regolament bażiku, membru tal-ekwipaġġ tat-titjira u tal-ekwipaġġ tal-kabina impjegat li normalment iwettaq servizzi għall-passiġġieri jew għall-merkanzija tal-ajru f’żewġ Stati Membri jew aktar għandu jkun soġġett għal-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru fejn tkun tinsab il-bażi residenzjali kif definit fl-Anness III għar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91 tas-16 ta’ Diċembru 1991 dwar l-armonizzazzjoni tal-ħtiġijiet tekniċi u proċeduri amministrattivi fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili ( 1 ) (5b) L-attivitajiet marġinali m’għandhomx jitqiesu għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-leġiżlazzjoni applikabbli skont l-Artikolu 13 tar-Regolament bażiku. L-Artikolu 16 tar-Regolament ta’ implimentazzjoni għandu japplika għall-każijiet kollha taħt dan l-Artikolu. (6) Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 13(2) tar-Regolament bażiku persuna li “normalment twettaq attività bħala persuna li taħdem għal rasha f’żewġ Stati Membri jew aktar” għandha tirriferi, b’mod partikolari, għal persuna li simultanjament jew b’mod li jalterna twettaq attività separata waħda jew aktar f’impjieg għal rasha, irrispettivament min-natura ta’ dawk l-attivitajiet ta’ impjieg għal rasha, f’żewġ Stati Membri jew aktar. (7) Sabiex wieħed jiddistingwi l-attivitajiet tal-paragrafi 5 u 6 mis-sitwazzjonijiet deskritti fl-Artikolu 12(1) u (2) tar-Regolament bażiku, it-tul ta’ żmien tal-attività fi Stat Membru wieħed jew aktar (kemm jekk hi permanenti kif ukoll jekk ta’ natura ad hoc jew temporanja) għandu jkun deċisiv. Għal dawn il-finijiet, għandha ssir evalwazzjoni ġenerali tal-fatti relevanti kollha li jinkludu, b’mod partikolari fil-każ ta’ persuna impjegata, il-post fejn isir ix-xogħol kif definit fil-kuntratt tax-xogħol. (8) Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 13(1) u (2) tar-Regolament bażiku, “parti sostanzjali tal-attività ta’ persuna impjegata jew li taħdem għal rasha” imwettqa fi Stat Membru għandha tfisser li parti sostanzjali b’mod kwantitattiv tal-attivitajiet kollha tal- persuna impjegata jew li taħdem għal rasha titwettaq hemmhekk, mingħajr ma din neċessarjament tkun il-parti l-kbira ta’ dawn l-attivitajiet. Biex jiġi ddeterminat jekk parti sostanzjali tal-attivitajiet hijiex imwettqa fi Stat Membru, għandu jittieħed kont tal-kriterji indikattivi li ġejja: (a) fil-każ ta’ attività ta’ persuna impjegata, il-ħin tax-xogħol u/jew ir-remunerazzjoni; kif ukoll (b) fil-każ ta’ attività ta’ persuna li taħdem għal rasha, it-turnover, il-ħin tax-xogħol, in-numru ta’ servizzi mogħtija u/jew id-dħul. Fil-qafas ta’ evalwazzjoni globali, sehem ta’ anqas minn 25 % rigward il-kriterji msemmijin hawn fuq għandu jkun indikazzjoni li parti sostanzjali tal-attivitajiet kollha mhijiex imwettqa fl-Istat Membru relevanti. (9) Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 13(2)(b) tar-Regolament bażiku, iċ-“ċentru ta’ interess” tal-attivitajiet ta’ persuna li taħdem għal rasha għandu jiġi ddeterminat billi jiġu kkunsidrati l-aspetti kollha tal-attivitajiet professjonali ta’ dik il-persuna, notevolment il-post fejn qiegħed l-indirizz fiss u permanenti tan-negozju tal-persuna, in-natura abitwali jew it-tul ta’ żmien tal-attivitajiet imwettqa, in-numru ta’ servizzi li jingħataw, u l-intenzjoni tal-persuna kkonċernata kif jidher miċ-ċirkostanzi kollha. (10) Sabiex tiġi determinata l-leġislazzjoni applikabbli taħt il-paragrafi 7 u 8, l-istituzzjonijiet konċernati għandhom jieħdu kont tas-sitwazzjoni proġettata għat-tnax-il xahar kalendarji li jkunu ġejjin. (11) Jekk persuna twettaq l-attività tagħha bħala persuna impjegata f’żewġ Stati Membri jew aktar f’isem persuna li tħaddem stabbilita barra t-territorju tal-Unjoni, u jekk din il-persuna tirrisjedi fi Stat Membru mingħajr ma twettaq attività sostanzjali hemmhekk, hija għandha tkun suġġetta għal-leġislazzjoni tal-Istat Membru ta’ residenza. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|