+TITLE II DETERMINATION OF THE LEGISLATION APPLICABLE
---+Artikolu 14 Dettalji relatati mal-Artikoli 12 u 13 tar-Regolament bażiku
------+Article 14 1.
------+Article 14 2.
------+Article 14 3.
------+Article 14 4.
------+Article 14 5.
------+Article 14 5a.
------+Article 14 5b.
------+Article 14 6.
------+Article 14 7.
------+Article 14 8.
------+Article 14 9.
------+Article 14 10.
------+Article 14 11.
---+Artikolu 15 Proċeduri għall-applikazzjoni tal-Artikolu 11(3)(b) u (d), l-Artikolu 11(4) u l-Artikolu 12 tar-Regolament bażiku (dwar id-dispożizzjoni ta’ informazzjoni għall-istituzzjonijiet konċernati)
------+Article 15 1.
------+Article 15 2.
------+Article 15 3.
---+Artikolu 16 Proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 13 tar-Regolament bażiku
------+Article 16 1.
------+Article 16 2.
------+Article 16 3.
------+Article 16 4.
------+Article 16 5.
------+Article 16 6.
---+Artikolu 17 Proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 15 tar-Regolament bażiku
---+Artikolu 18 Proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 16 tar-Regolament bażiku
---+Artikolu 19 L-għoti ta’ informazzjoni lil persuni kkonċernati u lil min iħaddem
------+Article 19 1.
------+Article 19 2.
---+Artikolu 20 Kooperazzjoni bejn l-istituzzjonijiet
------+Article 20 1.
------+Article 20 2.
---+Artikolu 21 Obbligi ta’ min iħaddem
------+Article 21 1.
------+Article 21 2.

TITLE II DETERMINATION OF THE LEGISLATION APPLICABLE

TITLE II DETERMINATION OF THE LEGISLATION APPLICABLE

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 14 Dettalji relatati mal-Artikoli 12 u 13 tar-Regolament bażiku

Artikolu 14

Dettalji relatati mal-Artikoli 12 u 13 tar-Regolament bażiku

(1)  Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 12(1) tar-Regolament bażiku, “Persuna li twettaq attività bħala persuna impjegata fi Stat Membru f’isem il-prinċipal tagħha, liema prinċipal normalment iwettaq l-attivitajiet tiegħu hemmhekk, u li tintbagħat mill-prinċipal tagħha fi Stat Membru ieħor” għandha tinkludi persuna li tiġi reklutata bil-ħsieb li tintbagħat biex taħdem fi Stat Membru ieħor, sakemm, immedjatament qabel il-bidu tal-impjieg tagħha, il-persuna kkonċernata tkun diġà suġġetta għal-leġislazzjoni tal-Istat Membru li fih ikun stabbilit il-prinċipal tagħha.

(2)  Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 12(1) tar-Regolament bażiku, il-kliem “li normalment iwettaq l-attivitajiet tiegħu hemmhekk” għandhom jirriferu għal persuna li tħaddem li ordinarjament twettaq attivitajiet sostanzjali, minbarra attivitajiet purament interni ta’ ġestjoni, fit-territorju tal-Istat Membru li fih tali persuna tkun stabbilita, b’kont meħud tal-kriterji kollha li jikkaratterizzaw l-attivitajiet imwettqa mill-impriża kkonċernata. Il-kriterji relevanti għandhom ikunu adatti għall-karatteristiċi speċifiċi ta’ kull min iħaddem u għan-natura vera tal-attivitajiet imwettqa.

(3)  Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 12(2) tar-Regolament bażiku, il-kliem “li normalment twettaq attività bħala persuna li taħdem għal rasha” għandhom jirriferu għal persuna li abitwalment twettaq attivitajiet sostanzjali fit-territorju tal-Istat Membru li fih tali persuna tkun stabbilita. B’mod partikolari, dik il-persuna għandha tkun diġà qed twettaq l-attività tagħha għal xi żmien qabel id-data meta hija tkun tixtieq tieħu vantaġġ mid-dispożizzjonijiet ta’ dak l-Artikolu, matul kwalunkwe perijodu ta’ attività temporanja fi Stat Membru ieħor, għandha tkompli tissodisfa, fl-Istat Membru fejn hija stabbilita, ir-rekwiżiti għat-twettiq tal-attività tagħha sabiex hija tkun tista’ twettaqha meta tirritorna.

(4)  Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 12(2) tar-Regolament bażiku, il-kriterju biex jiġi ddeterminat jekk l-attività li persuna li taħdem għal rasha tmur twettaq fi Stat Membru ieħor hijiex “simili” għall-attività li hija normalment twettaq meta taħdem għal rasha għandu jkun dak tan-natura reali tal-attività, aktar milli tal-kwalifika tal-attività bħala dik ta’ persuna impjegata jew dik ta’ persuna li taħdem għal rasha li tista’ tingħata lil din l-attività mill-Istat Membru l-ieħor.

▼M2

(5)  Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 13(1) tar-Regolament bażiku, persuna li “normalment twettaq attività bħala persuna impjegata f’żewġ Stati Membri jew aktar” għandha tirreferi għal persuna li simultanjament, jew b’alterazzjoni, għall-istess impriża jew persuna li tħaddem jew għal bosta impriżi jew persuni li jħaddmu, teżerċita attività waħda jew aktar separatament f’żewġ Stati Membri jew aktar.

▼M2

(5a)  Għall-finijiet tal-applikazzjoni tat-Titolu II tar-Regolament bażiku, “uffiċċju rreġistrat jew post tan-negozju” għandu jirreferi għall-uffiċċju rreġistrat jew post tan-negozju fejn id-deċiżjonijiet essenzjali tal-impriża huma adottati u fejn jitwettqu l-funzjonijiet tal-amministrazzjoni ċentrali tagħha.

Għall-finijiet tal-Artikolu 13(1) tar-Regolament bażiku, membru tal-ekwipaġġ tat-titjira u tal-ekwipaġġ tal-kabina impjegat li normalment iwettaq servizzi għall-passiġġieri jew għall-merkanzija tal-ajru f’żewġ Stati Membri jew aktar għandu jkun soġġett għal-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru fejn tkun tinsab il-bażi residenzjali kif definit fl-Anness III għar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91 tas-16 ta’ Diċembru 1991 dwar l-armonizzazzjoni tal-ħtiġijiet tekniċi u proċeduri amministrattivi fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili ( 1 )

(5b)  L-attivitajiet marġinali m’għandhomx jitqiesu għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-leġiżlazzjoni applikabbli skont l-Artikolu 13 tar-Regolament bażiku. L-Artikolu 16 tar-Regolament ta’ implimentazzjoni għandu japplika għall-każijiet kollha taħt dan l-Artikolu.

▼B

(6)  Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 13(2) tar-Regolament bażiku persuna li “normalment twettaq attività bħala persuna li taħdem għal rasha f’żewġ Stati Membri jew aktar” għandha tirriferi, b’mod partikolari, għal persuna li simultanjament jew b’mod li jalterna twettaq attività separata waħda jew aktar f’impjieg għal rasha, irrispettivament min-natura ta’ dawk l-attivitajiet ta’ impjieg għal rasha, f’żewġ Stati Membri jew aktar.

(7)  Sabiex wieħed jiddistingwi l-attivitajiet tal-paragrafi 5 u 6 mis-sitwazzjonijiet deskritti fl-Artikolu 12(1) u (2) tar-Regolament bażiku, it-tul ta’ żmien tal-attività fi Stat Membru wieħed jew aktar (kemm jekk hi permanenti kif ukoll jekk ta’ natura ad hoc jew temporanja) għandu jkun deċisiv. Għal dawn il-finijiet, għandha ssir evalwazzjoni ġenerali tal-fatti relevanti kollha li jinkludu, b’mod partikolari fil-każ ta’ persuna impjegata, il-post fejn isir ix-xogħol kif definit fil-kuntratt tax-xogħol.

(8)  Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 13(1) u (2) tar-Regolament bażiku, “parti sostanzjali tal-attività ta’ persuna impjegata jew li taħdem għal rasha” imwettqa fi Stat Membru għandha tfisser li parti sostanzjali b’mod kwantitattiv tal-attivitajiet kollha tal- persuna impjegata jew li taħdem għal rasha titwettaq hemmhekk, mingħajr ma din neċessarjament tkun il-parti l-kbira ta’ dawn l-attivitajiet.

Biex jiġi ddeterminat jekk parti sostanzjali tal-attivitajiet hijiex imwettqa fi Stat Membru, għandu jittieħed kont tal-kriterji indikattivi li ġejja:

(a) fil-każ ta’ attività ta’ persuna impjegata, il-ħin tax-xogħol u/jew ir-remunerazzjoni; kif ukoll

(b) fil-każ ta’ attività ta’ persuna li taħdem għal rasha, it-turnover, il-ħin tax-xogħol, in-numru ta’ servizzi mogħtija u/jew id-dħul.

Fil-qafas ta’ evalwazzjoni globali, sehem ta’ anqas minn 25 % rigward il-kriterji msemmijin hawn fuq għandu jkun indikazzjoni li parti sostanzjali tal-attivitajiet kollha mhijiex imwettqa fl-Istat Membru relevanti.

(9)  Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 13(2)(b) tar-Regolament bażiku, iċ-“ċentru ta’ interess” tal-attivitajiet ta’ persuna li taħdem għal rasha għandu jiġi ddeterminat billi jiġu kkunsidrati l-aspetti kollha tal-attivitajiet professjonali ta’ dik il-persuna, notevolment il-post fejn qiegħed l-indirizz fiss u permanenti tan-negozju tal-persuna, in-natura abitwali jew it-tul ta’ żmien tal-attivitajiet imwettqa, in-numru ta’ servizzi li jingħataw, u l-intenzjoni tal-persuna kkonċernata kif jidher miċ-ċirkostanzi kollha.

(10)  Sabiex tiġi determinata l-leġislazzjoni applikabbli taħt il-paragrafi 7 u 8, l-istituzzjonijiet konċernati għandhom jieħdu kont tas-sitwazzjoni proġettata għat-tnax-il xahar kalendarji li jkunu ġejjin.

(11)  Jekk persuna twettaq l-attività tagħha bħala persuna impjegata f’żewġ Stati Membri jew aktar f’isem persuna li tħaddem stabbilita barra t-territorju tal-Unjoni, u jekk din il-persuna tirrisjedi fi Stat Membru mingħajr ma twettaq attività sostanzjali hemmhekk, hija għandha tkun suġġetta għal-leġislazzjoni tal-Istat Membru ta’ residenza.

Artikolu 15 Proċeduri għall-applikazzjoni tal-Artikolu 11(3)(b) u (d), l-Artikolu 11(4) u l-Artikolu 12 tar-Regolament bażiku (dwar id-dispożizzjoni ta’ informazzjoni għall-istituzzjonijiet konċernati)

Artikolu 15

Proċeduri għall-applikazzjoni tal-Artikolu 11(3)(b) u (d), l-Artikolu 11(4) u l-Artikolu 12 tar-Regolament bażiku (dwar id-dispożizzjoni ta’ informazzjoni għall-istituzzjonijiet konċernati)

(1)  Sakemm mhux previst mod ieħor mill-Artikolu 16 tar-Regolament implimentattiv, fejn persuna twettaq l-attività tagħha fi Stat Membru li m’huwiex l-Istat Membru kompetenti taħt it-Titolu II tar-Regolament bażiku, il-persuna li tħaddem jew, fil-każ ta’ persuna li ma twettaqx attività bħala persuna impjegata, il-persuna kkonċernata, għandha tinforma b’dan lill-istituzzjoni kompetenti tal-Istat Membru li tiegħu hija applikabbli l-leġislazzjoni, kull meta ikun possibbli minn qabel. ►M2  Dik l-istituzzjoni għandha toħroġ l-attestazzjoni msemmija fl-Artikolu 19(2) ta’ dan ir-Regolament ta’ implimentazzjoni lill-persuna kkonċernata u għandha mingħajr dewmien tagħmel disponibbli informazzjoni dwar il-leġiżlazzjoni applikabbli lil dik il-persuna, skont l-Artikolu 11(3)(b) jew l-Artikolu 12 tar-Regolament bażiku, disponibbli lill-istituzzjoni maħtura mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li fih qed titwettaq l-attività. ◄

(2)  Il-paragrafu 1 għandu japplika mutatis mutandis għal persuni koperti mill-Artikolu 11(3)(d) tar-Regolament bażiku.

(3)  Persuna li tħaddem fis-sens tal-Artikolu 11(4) tar-Regolament bażiku li għandu impjegat abbord bastiment li fuqu tkun qed tittajjar il-bandiera ta’ Stat Membru ieħor għandha tinforma b’dan lill-istituzzjoni kompetenti tal-Istat Membru li l-leġislazzjoni tiegħu hija applikabbli kull meta jkun possibbli minn qabel. Dik l-istituzzjoni għandha, mingħajr dewmien, tagħmel disponibbli l-informazzjoni dwar il-leġislazzjoni applikabbli għall-persuna kkonċernata, taħt l-Artikolu 11(4) tar-Regolament bażiku, lill-istituzzjoni nominata mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li l-bandiera tiegħu tkun qed tittajjar fuq il-bastiment li fuqu l-persuna impjegata għandha twettaq l-attività tagħha.

Artikolu 16 Proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 13 tar-Regolament bażiku

Artikolu 16

Proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 13 tar-Regolament bażiku

(1)  Persuna li twettaq attivitajiet f’żewġ Stati Membri jew aktar għandha tinforma b’dan lill-istituzzjoni nominata mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn hija tirrisjedi.

(2)  L-istituzzjoni nominata tal-post ta’ residenza għandha, mingħajr dewmien, tiddetermina l-leġislazzjoni applikabbli għall-persuna kkonċernata, b’kont meħud tal-miżuri tal-Artikolu 13 tar-Regolament bażiku u tal-Artikolu 14 tar-Regolament implimentattiv. Dik id-determinazzjoni iniżjali għandha tkun provviżorja. L-istituzzjoni għandha tinforma lill-istituzzjonijiet nominati ta’ kull Stat Membru li fih qed titwettaq attività tad-determinazzjoni provviżorja tagħha.

(3)  Id-determinazzjoni provviżorja tal-leġislazzjoni applikabbli, kif previst fil-paragrafu 2, għandha ssir definittiva fi żmien xahrejn minn meta l-istituzzjoni nominata mill-awtorità kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati tkun ġiet informata biha, taħt il-paragrafu 2, sakemm il-leġislazzjoni ma tkunx diġà ġiet determinata b’mod definittiv abbażi tal-paragrafu 4, jew tal-anqas waħda mill-istituzzjonijiet konċernati ma tinfurmax lill-istituzzjoni nominata mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ residenza sa tmiem dan il-perijodu ta’ xahrejn li hi għadha ma tistax taċċetta d-determinazzjoni jew li għandha fehma oħra dwar dan.

(4)  Meta xi inċertezza dwar id-determinazzjoni tal-leġislazzjoni applikabbli teħtieġ kuntatti bejn l-istituzzjonijiet jew l-awtoritajiet ta’ żewġ Stati Membri jew aktar, għat-talba ta’ istituzzjoni jew aktar nominati mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati jew tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati, il-leġislazzjoni applikabbli għall-persuna kkonċernata għandha tiġi determinata minn ftehim komuni, b’kont meħud tal-Artikolu 13 tar-Regolament bażiku u d-dispożizzjonijiet relevanti tal-Artikolu 14 tar-Regolament implimentattiv.

Fejn ikun hemm differenza fil-fehmiet bejn l-istituzzjonijiet jew l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati, dawk il-korpi għandhom ifittxu qbil taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti hawn fuq u għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 6 tar-Regolament implimentattiv.

(5)  L-istituzzjoni kompetenti tal-Istat Membru li l-leġislazzjoni tiegħu hija determinat bħala applikabbli jew b’mod provviżorju jew b’mod definittiv għandha tinforma mingħajr dewmien lill-persuna kkonċernata.

(6)  Jekk il-persuna kkonċernata tonqos milli tipprovdi l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, dan l-Artikolu għandu jiġi applikat fuq l-inizjattiva tal-istituzzjoni nominata mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ residenza malli hija tiġi mgħarrfa bis-sitwazzjoni ta’ dik il-persuna, possibbilment permezz ta’ istituzzjoni oħra kkonċernata.

Artikolu 17 Proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 15 tar-Regolament bażiku

Artikolu 17

Proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 15 tar-Regolament bażiku

Il-persunal kuntrattwali tal-Kommunitajiet Ewropej għandu jeżerċita d-dritt ta’ għażla previst fl-Artikolu 15 tar-Regolament bażiku meta l-kuntratt ta’ impjieg jiġi konkluż. L-awtorità li tista’ tikkonkludi l-kuntratt għandha tinforma lill-istituzzjoni nominata tal-Istat Membru li l-leġislazzjoni tiegħu ġiet magħżula mill-membru tal-persunal kuntrattwali tal-Kommunitajiet Ewropej.

Artikolu 18 Proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 16 tar-Regolament bażiku

Artikolu 18

Proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 16 tar-Regolament bażiku

Talba mill-persuna li tħaddem jew mill-persuna kkonċernata għal eċċezzjonijiet għall-Artikoli 11 sa 15 tar-Regolament bażiku għandhom jiġu sottomessi, kull meta possibbli bil-quddiem, lill-awtorità kompetenti jew lill-korp magħżul mill-awtorità tal-Istat Membru, li tiegħu l-persuna impjegata jew persuna kkonċernata titlob biex tapplika l-leġislazzjoni.

Artikolu 19 L-għoti ta’ informazzjoni lil persuni kkonċernati u lil min iħaddem

Artikolu 19

L-għoti ta’ informazzjoni lil persuni kkonċernati u lil min iħaddem

(1)  L-istituzzjoni kompetenti tal-Istat Membru li tiegħu l-leġislazzjoni ssir applikabbli taħt it-Titolu II tar-Regolament bażiku għandha tinforma lill-persuna kkonċernata u, fejn ikun il-każ, lil min iħaddimha (iħaddmuha) dwar l-obbligi stabbiliti f’dik il-leġislazzjoni. Hija għandha tagħtihom l-għajnuna meħtieġa għat-twettiq tal-formalitajiet mitluba minn dik il-leġislazzjoni.

(2)  Fuq talba tal-persuna kkonċernata jew ta’ min iħaddimha, l-istituzzjoni kompetenti tal-Istat Membru li tiegħu l-leġislazzjoni hija applikabbli taħt it-Titolu II tar-Regolament bażiku għandha tipprovdi attestazzjoni li tali leġislazzjoni hija applikabbli u għandha tindika, fejn ikun il-każ, sa liema data u taħt liema kondizzjonijiet.

Artikolu 20 Kooperazzjoni bejn l-istituzzjonijiet

Artikolu 20

Kooperazzjoni bejn l-istituzzjonijiet

(1)  L-istituzzjonijiet relevanti għandhom jikkomunikaw lill-istituzzjoni kompetenti tal-Istat Membru, li l-leġislazzjoni tiegħu hija applikabbli għal persuna taħt it-Titolu II tar-Regolament bażiku, l-informazzjoni meħtieġa biex tiġi stabbilita d-data li fiha din il-leġislazzjoni ssir applikabbli u l-kontribuzzjonijiet li dik il-persuna u l-prinċipal jew prinċipali tagħha jkunu obbligati jħallsu taħt din il-leġislazzjoni.

(2)  L-istituzzjoni kompetenti tal-Istat Membru li l-leġislazzjoni tiegħu ssir applikabbli għal persuna taħt it-Titolu II tar-Regolament bażiku għandha tagħmel disponibbli l-informazzjoni li tindika d-data li fiha l-applikazzjoni ta’ dik il-leġislazzjoni tidħol b’effett lill-istituzzjoni nominata mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li dik il-persuna kienet suġġetta l-aħħar għal-leġislazzjoni tiegħu.

Artikolu 21 Obbligi ta’ min iħaddem

Artikolu 21

Obbligi ta’ min iħaddem

(1)  Persuna li tħaddem li jkollha l-uffiċċju reġistrat jew il-post tan-negozju tagħha barra mill-Istat Membru kompetenti għandha l-obbligu li tissodisfa l-obbligi kollha stabbiliti mil-leġislazzjoni applikabbli għall-impjegati tagħha, notevolment l-obbligu li jħallas il-kontribuzzjonijiet previsti b’dik il-leġislazzjoni, bħallikieku huwa kellu l-uffiċċju reġistrat jew il-post tan-negozju tiegħu fl-Istat Membru kompetenti.

(2)  Persuna li tħaddem li m’għandhiex post tan-negozju fl-Istat Membru li tiegħu tkun applikabbli l-leġislazzjoni u l-persuna impjegata jistgħu jaqblu li din tal-aħħar tista’ tissodisfa l-obbligi ta’ min iħaddimha f’isimha fir-rigward tal-ħlas ta’ kontribuzzjonijiet mingħajr preġudizzju għall-obbligi sottostanti ta’ min iħaddem. Il-persuna li tħaddem għandha tibgħat avviż ta’ tali arranġament lill-istituzzjoni kompetenti ta’ dak l-Istat Membru.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.01.2018 00:00:00 -Doknr: CELEX:32009R0987
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.