|
+Artikolu 28 Benefiċċji fi flus għall-kura fit-tul fil-każ ta’ żjara jew residenza fi Stat Membru divers mill-Istat Membru kompetenti ---+Article 28 1. ---+Article 28 2. ---+Article 28 3. ---+Article 28 4. ---+Article 28 5. ---+Article 28 6. |
Artikolu 28 Benefiċċji fi flus għall-kura fit-tul fil-każ ta’ żjara jew residenza fi Stat Membru divers mill-Istat Membru kompetentiArtikolu 28 Benefiċċji fi flus għall-kura fit-tul fil-każ ta’ żjara jew residenza fi Stat Membru divers mill-Istat Membru kompetenti A) Proċedura li l-persuna assigurata għandha ssegwi (1) Sabiex tkun intitolata għal benefiċċji fi flus għall-kura fit-tul taħt l-Artikolu 21(1) tar-Regolament bażiku, il-persuna assigurata għandha tapplika għand l-istituzzjoni kompetenti. L-istituzzjoni kompetenti għandha, fejn meħtieġ, tinforma lill-istituzzjoni tal-post ta’ residenza tagħha. B) Proċedura li l-istituzzjoni tal-post ta’ residenza għandha ssegwi (2) Fuq talba tal-istituzzjoni kompetenti, l-istituzzjoni tal-post ta’ residenza għandha teżamina l-kondizzjoni tal-persuna assigurata fir-rigward tal-bżonn tagħha għal kura fit-tul. L-istituzzjoni kompetenti għandha tagħti lill-istituzzjoni tal-post ta’ residenza l-informazzjoni kollha meħtieġa għal dan l-eżami. C) Proċedura li l-istituzzjoni kompetenti għandha ssegwi (3) Sabiex tiddetermina l-livell ta’ bżonn għal kura fit-tul, l-istituzzjoni kompetenti għandha jkollha d-dritt teżamina l-persuna assigurata permezz ta’ tabib jew espert ieħor tal-għażla tagħha. (4) L-Artikolu 27(7) tar-Regolament implimentattiv għandu japplika mutatis mutandis. D) Proċedura f’każ ta’ żjara fi Stat Membru divers mill-Istat Membru kompetenti. (5) Il-paragrafi 1sa 4 għandhom japplikaw mutatis mutandis meta l-persuna assigurata tkun qed iżżur Stat Membru divers mill-Istat Membru kompetenti. E) Membri tal-familja (6) Il-paragrafi 1sa 5 għandhom japplikaw mutatis mutandis għall-membri tal-familja tal-persuna assigurata. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|