|
+Artikolu 35 Disputi rigward in-natura okkupazzjonali tal-inċident jew il-marda ---+Article 35 1. ---+Article 35 2. ---+Article 35 3. |
Artikolu 35 Disputi rigward in-natura okkupazzjonali tal-inċident jew il-mardaArtikolu 35 Disputi rigward in-natura okkupazzjonali tal-inċident jew il-marda (1) Meta l-istituzzjoni kompetenti tikkontesta l-applikazzjoni tal-leġislazzjoni relatata ma’ inċidenti fuq il-post tax-xogħol jew ma’ mard marbut max-xogħol taħt l-Artikolu 36(2) tar-Regolament bażiku, hija għandha mingħajr dewmien tinforma lill-istituzzjoni tal-post taż-żjara jew ta’ residenza li pprovdiet il-benefiċċji in natura, li mbagħad jiġu kkunsidrati bħala benefiċċji ta’ assigurazzjoni għall-mard. (2) Meta deċiżjoni definittiva tittieħed fuq dan is-suġġett, l-istituzzjoni kompetenti tavża b’dan immedjatament lill-istituzzjoni tal-post taż-żjara jew ta’ residenza li tkun tat il-benefiċċji in natura. Fejn ma jiġux stabbiliti inċident fuq il-post tax-xogħol jew marda marbuta max-xogħol, il-benefiċċji in natura għandhom jibqgħu jingħataw bħala benefiċċji tal-mard jekk il-persuna kkonċernata tkun intitolata għalihom. F’każ li jiġu stabbiliti inċident fuq il-post tax-xogħol jew marda marbuta max-xogħol, il-benefiċċji tal-mard in natura mogħtija lill-persuna kkonċernata għandhom jitqiesu bħala benefiċċji għal inċident fuq il-post tax-xogħol jew marda marbuta max-xogħol mid-data li fiha seħħ l-inċident fuq il-post tax-xogħol jew mid-data li fiha ġiet medikament iddijanjostikata għall-ewwel darba l-marda marbuta max-xogħol. (3) It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(5) tar-Regolament implimentattiv għandu japplika mutatis mutandis. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|