|
+Artikolu 36 Proċedura f’każ ta’ espożizzjoni għar-riskju ta’ marda marbuta max-xogħol f’iktar minn Stat Membru wieħed ---+Article 36 1. ---+Article 36 2. ---+Article 36 3. |
Artikolu 36 Proċedura f’każ ta’ espożizzjoni għar-riskju ta’ marda marbuta max-xogħol f’iktar minn Stat Membru wieħedArtikolu 36 Proċedura f’każ ta’ espożizzjoni għar-riskju ta’ marda marbuta max-xogħol f’iktar minn Stat Membru wieħed (1) Fil-każ imsemmi fl-Artikolu 38 tar-Regolament bażiku, id-dikjarazzjoni jew in-notifika tal-marda marbuta max-xogħol għandhom jintbagħtu lill-istituzzjoni kompetenti għal mard marbut max-xogħol tal-aħħar Stat Membru li taħt il-leġislazzjoni tiegħu l-persuna kkonċernata eżerċitat attività li x’aktarx tikkaġuna dik il-marda. Meta l-istituzzjoni li lilha ntbagħtu d-dikjarazzjoni jew in-notifika tistabbilixxi li attività li x’aktarx tikkaġuna l-marda marbuta max-xogħol in kwistjoni ġiet eżerċitata l-aħħar taħt il-leġislazzjoni ta’ Stat Membru ieħor, hija għandha tibgħat d-dikjarazzjoni jew in-notifika u ċ-ċertifikati kollha ta’ akkumpanjament lill-istituzzjoni ekwivalenti f’dak l-Istat Membru. (2) Fejn l-istituzzjoni tal-aħħar Stat Membru li taħt il-leġislazzjoni tiegħu l-persuna kkonċernata eżerċitat l-attività li x’aktarx tikkaġuna l-marda marbuta max-xogħol in kwistjoni tistabbilixxi li l-persuna kkonċernata jew is-superstiti tagħha ma jissodisfawx ir-rekwiżiti ta’ dik il-leġislazzjoni, fost oħrajn, għax il-persuna kkonċernata qatt ma eżerċitat f’dak l-Istat Membru attività li kkaġunat il-marda marbuta max-xogħol jew għax dak l-Istat Membru ma jirrikonoxxix in-natura okkupazzjonali tal-marda, l-istituzzjoni msemmija għandha tibgħat mingħajr dewmien id-dikjarazzjoni jew in-notifika u ċ-ċertifikati kollha ta’ akkumpanjament, inklużi l-konklużjonijiet u r-rapporti ta’ eżamijiet mediċi mwettqa mill-ewwel istituzzjoni lill-istituzzjoni tal-Istat Membru preċedenti li taħt il-leġislazzjoni tiegħu l-persuna kkonċernata eżerċitat attività li x’aktarx tikkaġuna l-marda marbuta max-xogħol in kwistjoni. (3) Fejn ikun il-każ, l-istituzzjonijiet għandhom jirripetu l-proċedura prevista fil-paragrafu 2 u jmorru lura sal-istituzzjoni ekwivalenti fl-Istat Membru li taħt il-leġislazzjoni tiegħu l-persuna kkonċernata eżerċitat għall-ewwel darba l-attività li x’aktarx tikkaġuna l-marda marbuta max-xogħol in kwistjoni. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|