|
+Artikolu 45 Talba għall-benefiċċji ---+Article 45 1. ---+Article 45 2. ---+Article 45 3. ---+Article 45 4. ---+Article 45 5. ---+Article 45 6. |
Artikolu 45 Talba għall-benefiċċjiArtikolu 45 Talba għall-benefiċċji A) Preżentazzjoni tat-talba għall-benefiċċji taħt il-leġislazzjoni ta’ tip A taħt l-Artikolu 44(2) tar-Regolament bażiku (1) Sabiex jirċievi benefiċċji taħt il-leġislazzjoni tat-tip A taħt l-Artikolu 44(2) tar-Regolament bażiku, l-applikant għandu jissottometti talba lill-istituzzjoni tal-Istat Membru li l-leġislazzjoni tiegħu kienet applikabbli fiż-żmien meta seħħet l-inkapaċità għax-xogħol segwita minn invalidità jew l-aggravament ta’ din l-invalidità jew lill-istituzzjoni tal-post ta’ residenza, li għandha tgħaddi t-talba lill-ewwel istituzzjoni. (2) Jekk il-benefiċċji ta’ mard fi flus ingħataw, id-data ta’ skadenza tal-perijodu għall-għoti ta’ dawn il-benefiċċji għandha, fejn ikun il-każ, tkun ikkunsidrata bħala d-data tal-preżentazzjoni tat-talba għall-pensjoni. (3) Fil-każ imsemmi fl-Artikolu 47(1) tar-Regolament bażiku, l-istituzzjoni li magħha l-persuna kkonċernata kienet l-aħħar assigurata għandha tinforma lill-istituzzjoni li inizjalment ħallset il-benefiċċji bl-ammont u d-data tal-bidu tal-benefiċċji taħt il-leġislazzjoni applikabbli. Minn dik id-data, il-benefiċċji dovuti qabel l-aggravament tal-invalidità għandhom jiġu mwaqqfin jew imnaqqsin għas-suppliment imsemmi fl-Artikolu 47(2) tar-Regolament bażiku. B) Preżentazzjoni ta’ talbiet oħrajn għall-benefiċċji (4) F’sitwazzjonijiet barra dawk imsemmijin fil-paragrafu 1, l-applikant għandu jippreżenta talba lill-istituzzjoni tal-post ta’ residenza tiegħu jew lill-istituzzjoni tal-aħħar Stat Membru li l-leġislazzjoni tiegħu kienet applikabbli. Jekk il-persuna kkonċernata ma kinitx, fi kwalunkwe żmien, suġġetta għal-leġislazzjoni applikata mill-istituzzjoni tal-post ta’ residenza, dik l-istituzzjoni għandha tibgħat it-talba lill-istituzzjoni tal-aħħar Stat Membru li l-leġislazzjoni tiegħu kienet applikabbli. (5) Id-data tal-preżentazzjoni tat-talba għandha tapplika fl-istituzzjonijiet kollha kkonċernati. (6) B’deroga mill-paragrafu 5, jekk l-applikant, minkejja li ntalab jagħmel dan, ma jinnotifikax il-fatt li hu kien impjegat jew kien jirrisjedi fi Stati Membri oħrajn, id-data li fiha l-applikant jagħmel t-talba inizjali tiegħu jew jippreżenta talba ġdida għall-perijodi neqsin ta’ impjieg jew/u residenza tiegħu fi Stat Membru għandha tiġi kkunsidrata bħala d-data tal-preżentazzjoni tat-talba lill-istituzzjoni li tapplika l-leġislazzjoni in kwistjoni, suġġetta għal dispożizzjonijiet iktar favorevoli ta’ dik il-leġislazzjoni. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|