|
+Artikolu 47 Investigazzjoni ta’ talbiet mill-istituzzjonijiet konċernati ---+Article 47 1. ---+Article 47 2. ---+Article 47 3. ---+Article 47 4. ---+Article 47 5. ---+Article 47 6. ---+Article 47 7. |
Artikolu 47 Investigazzjoni ta’ talbiet mill-istituzzjonijiet konċernatiArtikolu 47 Investigazzjoni ta’ talbiet mill-istituzzjonijiet konċernati A) Istituzzjoni ta’ kuntatt (1) L-istituzzjoni li lilha tiġi preżentata jew mgħoddija t-talba għall-benefiċċji taħt id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 45(1) jew (4) tar-Regolament implimentattiv minn issa ‘l quddiem ser issir referenza għaliha bħala l-“istituzzjoni ta’ kuntatt”. L-istituzzjoni tal-post ta’ residenza m’għandhiex issirilha referenza bħala l-istituzzjoni ta’ kuntatt jekk il-persuna kkonċernata ma kinitx, fi kwalunkwe żmien, suġġetta għal-leġislazzjoni li tapplika dik l-istituzzjoni. Barra li tinvestiga t-talba għall-benefiċċji konformement mal-leġislazzjoni li hija tapplika, din l-istituzzjoni għandha, fil-kapaċità tagħha bħala istituzzjoni ta’ kuntatt, tippromwovi l-iskambju ta’ data, il-komunikazzjoni ta’ deċiżjonijiet u l-operazzjonijiet meħtieġa għall-investigazzjoni tat-talba mill-istituzzjonijiet konċernati, u tipprovdi lill-applikant, fuq talba, bi kwalunkwe informazzjoni relevanti għall-aspetti Komunitarji tal-investigazzjoni u żżommu informat bil-progress tagħha. B) Investigazzjoni ta’ talbiet għall-benefiċċji taħt il-leġislazzjoni ta’ tip A taħt l-Artikolu 44 tar-Regolament bażiku. (2) Fil-każ imsemmi fl-Artikolu 44(3) tar-Regolament bażiku, l-istituzzjoni ta’ kuntatt għandha tibgħat id-dokumenti kollha relatati mal-persuna kkonċernata lill-istituzzjoni li magħha huwa/hija kien/et preċedentement assigurat/a, li min-naħa tagħha għandha teżamina l-każ. (3) L-Artikoli 48 sa 52 tar-Regolament implimentattiv m’għandhomx ikunu applikabbli għall-investigazzjoni ta’ talbiet imsemmijin fl-Artikolu 44 tar-Regolament bażiku. C) Investigazzjoni ta’ talbiet oħrajn għall-benefiċċji (4) F’sitwazzjonijiet ħlief għal dawk imsemmija fil-paragrafu 2, l-istituzzjoni ta’ kuntatt għandha, mingħajr dewmien, tibgħat t-talbiet għall-benefiċċji u d-dokumenti kollha li hija għandha disponibbli u, fejn ikun il-każ, id-dokumenti relevanti ppreżentati mill-applikant lill-istituzzjonijiet kollha konċernati sabiex dawn ikunu kollha jistgħu jibdew l-investigazzjoni tat-talba fl-istess żmien. L-istituzzjoni ta’ kuntatt għandha tinnotifika lill-istituzzjonijiet l-oħrajn bil-perijodi ta’ assigurazzjoni jew residenza suġġetti għal-leġislazzjoni tagħha. Hija għandha tindika wkoll liema dokumenti għandhom ikunu ppreżentati f’data aktar tard u tissupplementa t-talba kemm jista’ jkun malajr. (5) Kull waħda mill-istituzzjonijiet in kwistjoni għandha tinnotifika lill-istituzzjoni ta’ kuntatt u lill-istituzzjonijiet l-oħrajn in kwistjoni, kemm jista’ jkun malajr, bil-perijodi tal-assigurazzjoni jew tar-residenza suġġetti għal-leġislazzjoni tagħhom. (6) Kull waħda mill-istituzzjonijiet in kwistjoni għandha tikkalkula l-ammont ta’ benefiċċji b’konformità mal-Artikolu 52 tar-Regolament bażiku u għandha tinnotifika lill-istituzzjoni ta’ kuntatt u lill-istituzzjonijiet l-oħrajn konċernati bid-deċiżjoni tagħha, bl-ammont ta’ benefiċċji dovut u bi kwalunkwe informazzjoni meħtieġa għall-finijiet tal-Artikoli 53 sa 55 tar-Regolament bażiku. (7) Jekk istituzzjoni tistabbilixxi, abbażi tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 4 u 5 ta’ dan l-Artikolu, li l-Artikolu 46(2) jew l-Artikolu 57(2) jew (3) tar-Regolament bażiku huwa applikabbli, għandha tinforma lill-istituzzjoni ta’ kuntatt u lill-istituzzjonijiet l-oħrajn konċernati. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|