+Artikolu 70 Ħlas lura tal-benefiċċji mogħtija lil persuni li ma jkunux impjegati

Artikolu 70 Ħlas lura tal-benefiċċji mogħtija lil persuni li ma jkunux impjegati

Artikolu 70

Ħlas lura tal-benefiċċji mogħtija lil persuni li ma jkunux impjegati

Jekk ma jkunx hemm ftehim taħt l-Artikolu 65(8) tar-Regolament bażiku, l-istituzzjoni tal-post ta’ residenza għandha titlob ħlas lura tal-benefiċċji għall-qgħad taħt l-Artikolu 65(6) u (7) tar-Regolament bażiku mill-istituzzjoni tal-Istat Membru li l-benefiċjarju kien l-aħħar suġġett għal-leġislazzjoni tiegħu. It-talba għandha ssir fi żmien sitt xhur mit-tmiem ta’ nofs sena kalendarja li matulha sar l-aħħar ħlas tal-benefiċċji għall-qgħad, li qed jintalab il-ħlas lura tiegħu. It-talba għandha tindika l-ammont tal-benefiċċju mħallas matul il-perijodu ta’ tliet jew ħames xhur imsemmi fl-Artikolu 65(6) u (7) tar-Regolament bażiku, il-perijodu li għalih tħallsu l-benefiċċji u d-data ta’ identifikazzjoni tal-persuna qiegħda. It-talbiet għandhom jiġu introdotti u mħallsin permezz tal-korpi ta’ kollegament tal-Istati Membri kkonċernati.

M’ hemm l-ebda ħtieġa li jkunu kkunsidrati talbiet introdotti wara l-limitu ta’ żmien imsemmi fl-ewwel paragrafu.

L-Artikoli 66(1) u 67(5) sa (7) tar-Regolament implimentattiv għandhom japplikaw mutatis mutandis.

Mit-tmiem tal-perijodu ta’ 18-il xahar imsemmi fl-Artikolu 67(5) tar-Regolament implimentattiv, l-istituzzjoni kreditriċi tista’ titlob l-interessi fuq talbiet pendenti. L-interessi għandhom jiġu kkalkolati taħt l-Artikolu 68(2) tar-Regolament implimentattiv.

L-ammont massimu tal-ħlas lura msemmi fit-tielet sentenza tal-Artikolu 65(6) tar-Regolament bażiku huwa f’kull każ individwali l-ammont tal-benefiċċju li tkun intitolata għalih il-persuna konċernata taħt il-leġislazzjoni tal-Istat Membru li kienet suġġetta l-aħħar jekk kienet reġistrata mas-servizzi tal-impjieg ta’ dak l-Istat Membru. Madankollu, f’relazzjonijiet bejn l-Istati Membri elenkati fl-Anness 5 tar-Regolament implimentattiv, l-istituzzjonijiet kompetenti ta’ wieħed minn dawk l-Istati Membri li l-persuna konċernata kienet l-aħħar suġġetta għal-leġislazzjoni tiegħu għandhom jiddeterminaw l-ammont massimu f’kull każ individwali abbażi tal-ammont medju ta’ benefiċċji mogħtija lil persuni li ma jkunux impjegati previst fil-leġislazzjoni ta’ dak l-Istat Membru fis-sena kalendarja preċedenti.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.01.2018 00:00:00 -Doknr: CELEX:32009R0987
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.