+Artikolu 78 Talba għall-irkupru
---+Article 78 1.
---+Article 78 2.
---+Article 78 3.
---+Article 78 4.
---+Article 78 5.

Artikolu 78 Talba għall-irkupru

Artikolu 78

Talba għall-irkupru

(1)  It-talba għall-irkupru ta’ talba, indirizzata mill-parti applikanti lill-parti rikjesta, għandha tkun akkumpanjata minn kopja uffiċjali jew ċertifikata tal-istrument li jippermetti l-eżekuzzjoni tagħha, maħruġa mill-Istat Membru tal-parti applikanti u, jekk ikun il-każ, minn kopja oriġinali jew iċċertifikata ta’ dokumenti oħrajn meħtieġa għall-irkupru.

(2)  Il-parti applikanti tista’ tagħmel talba għal irkupru jekk:

(a) it-talba u/jew l-istrument li jippermettu l-eżekuzzjoni tagħha mhumiex kontestati fl-Istat Membru tagħha stess, ħlief f’każijiet fejn huwa applikat it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 81(2) tar-Regolament implimentattiv;

(b) hija tkun, fl-Istat Membru tagħha stess, applikat proċeduri ta’ rkupru adatti li jkunu disponibbli għaliha abbażi tal-istrument imsemmi fil-paragrafu 1, u l-miżuri meħudin ma jirriżultawx fil-ħlas sħiħ tat-talba;

(c) il-perijodu ta’ limitazzjoni, taħt il-leġislazzjoni tagħha stess ma jkunx skada.

(3)  It-talba għall-irkupru għandha tindika:

(a) l-isem, l-indirizz u kwalunkwe informazzjoni relevanti oħra marbuta mal-identifikazzjoni tal-persuna fiżika jew ġuridika konċernata u/jew il-parti terza fil-pussess tal-attiv tagħha;

(b) l-isem, l-indirizz u kwalunkwe informazzjoni oħra relevanti dwar l-identifikazzjoni tal-parti applikanti;

(c) referenza għall-istrument li jippermetti l-eżekuzzjoni tagħha, maħruġ fl-Istat Membru tal-parti applikanti;

(d) in-natura u l-ammont tat-talba, inkluż is-somma kapitali, l-interessi, il-multi, il-pieni amministrattivi u l-ispejjeż dovuti kollha indikati fil-muniti tal-Istati Membri tal-parti applikanti u l-parti rikjesta;

(e) id-data ta’ notifika tal-istrument lid-destinatarju mill-parti applikanti u/jew mill-parti rikjesta;

(f) id-data li minnha u l-perijodu li matulu l-eżekuzzjoni tkun possibbli konformement mal-liġijiet fis-seħħ fl-Istat Membru tal-entità applikanti;

(g) kwalunkwe informazzjoni relevanti oħra.

(4)  It-talba għal irkupru għandha tinkludi wkoll dikjarazzjoni mill-parti applikanti li tikkonferma li l-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 2 kienu sodisfatti.

(5)  Il-parti applikanti għandha tibgħat lill-parti rikjesta kwalunkwe informazzjoni relevanti marbuta mal-kwistjoni li wasslet għat-talba għal irkupru, hekk kif issir taf biha.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Article 78 1.
The request for recovery of a claim, addressed by the applicant party to the requested party, shall be accompanied by an official or certified copy of the instrument permitting its enforcement, issued in the Member State of the applicant party and, if appropriate, by the original or a certified copy of other documents necessary for recovery.
Article 78 2.

The applicant party may only make a request for recovery if:

(a) 

the claim and/or the instrument permitting its enforcement are not contested in its own Member State, except in cases where the second subparagraph of Article 81(2) of the implementing Regulation is applied;

(b) 

it has, in its own Member State, applied appropriate recovery procedures available to it on the basis of the instrument referred to in paragraph 1, and the measures taken will not result in the payment in full of the claim;

(c) 

the period of limitation according to its own legislation has not expired.

Article 78 3.

The request for recovery shall indicate:

(a) 

the name, address and any other relevant information relating to the identification of the natural or legal person concerned and/or to the third party holding his or her assets;

(b) 

the name, address and any other relevant information relating to the identification of the applicant party;

(c) 

a reference to the instrument permitting its enforcement, issued in the Member State of the applicant party;

(d) 

the nature and amount of the claim, including the principal, the interest, fines, administrative penalties and all other charges and costs due indicated in the currencies of the Member States of the applicant and requested parties;

(e) 

the date of notification of the instrument to the addressee by the applicant party and/or by the requested party;

(f) 

the date from which and the period during which enforcement is possible under the laws in force in the Member State of the applicant party;

(g) 

any other relevant information.

Article 78 4.
The request for recovery shall also contain a declaration by the applicant party confirming that the conditions laid down in paragraph 2 have been fulfilled.
Article 78 5.
The applicant party shall forward to the requesting party any relevant information relating to the matter which gave rise to the request for recovery, as soon as this comes to its knowledge.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.01.2018 00:00:00 -Doknr: CELEX:32009R0987
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.